Knisja Maltija
Patri Alexander Cauchi l-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin il-Belt

Patri Alexander Cauchi, Agostinjan, huwa l-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta, u se jkun qed jieħu post Patri Deo Debono, li s-sena l-oħra tneħħa mill-kariga wara li ħareġ li kien seraq oġġetti sagri.

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna ta l-pussess tal-ħatra lil Patri Alexander waqt quddies li saret illum, fil-festa ta’ Santa Rita ta’ Cascia, li kienet soru Agostinjana.

Patri Alexander Cauchi twieled fis-16 ta’ Ġunju 1971. Trabba San Ġiljan fejn irċieva l-edukazzjoni primarja. Huwa kiseb l-edukazzjoni sekondarja fl-iskejjel tal-Gżira, in-Naxxar u l-Imtarfa, u kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tal-Filosofija fl-Università Pontifiċja Gregorjana ta’ Ruma, u l-istudji tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.

Il-formazzjoni reliġjuża tiegħu bdiet fl-1987 fil-Kunvent ta’ Santa Rita. F’Novembru tal-1994 irċieva l-Professjoni Solenni fl-Ordni Agostinjan. Ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca fit-18 ta’ Ottubru 1996 fil-Knisja Parrokkjali tal-Mosta
u qaddes l-ewwel Quddiesa tiegħu fil-Parroċċa ta’ San Ġiljan.

Patri Alex wettaq ħidma pastorali fil-qasam tal-vokazzjonijiet u serva wkoll bħala promotur vokazzjonali. F’dawn l-aħħar seba’ snin ħadem fil-pastorali tal-parroċċa ta’ Santu Wistin fejn huwa jgħix mal-komunità Agostinjana.

Il-parroċċa ta’ Santu Wistin fil-Belt tiġbor fiha madwar 1,360 persuna f’650 familja.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar