Lokali
Patri Mintoff nominat għall-Premju tal-Paċi Felix Houphouet-Boigny-UNESCO 2019

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela ssottometta n-nomina ta’ Patri Dionysius Mintoff, Fundatur tal-Laboratorju tal-Paċi Ġwanni XXIII, għall-Premju tal-Paċi Felix Houphouet-Boigny-UNESCO 2019.

Il-Premju tal-Paċi Felix Houphouet-Boigny-UNESCO, imwaqqaf fl-1990, jonora individwi ħajjin u korpi jew istituzzjonijiet pubbliċi jew privati li taw kontribut sinifikanti għall-promozzjoni, it-tfittxija, is-salvagwardja jew iż-żamma tal-paċi f’konformità maċ-‘Charter’ tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kostituzzjoni tal-UNESCO; l-Organizzazzjoni Edukattiva, Xjentifika u Kulturali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Is-sejħa għan-nominazzjonijiet inħarġet mill-UNESCO lill-istati membri u tingħata kull sentejn, magħżula mid-Direttur Ġenerali tal-UNESCO fuq bażi ta’ valutazzjonijiet u ta’ rakkomandazzjonijiet minn ġurija internazzjonali ta’ livell għoli.

Il-Premju tal-Paċi Felix Houphouet-Boigny-UNESCO hu sponsorjat minn Abdou Diouf, ex President tas-Senegal, filwaqt li l-Patrun tal-Premju hu Konan Bédié, eks President tal-Côte D’Ivoire. It-tnejn ġew maħtura mill-President Félix Houphouët-Boigny qabel mewtu.

Fl-ittra tan-nomina, il-Ministru Abela qal li “il-Laboratorju tal-Paċi Ġwanni XXIII ta’ Malta huwa eżempju ħaj tar-rwol li organizzazzjoni mhux governattiva u volontarja jistà jkollha fil-formazzjoni tal-kuxjenza u l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali. Bħala l-fundatur tal-Laboratorju tal-Paċi, Patri Mintoff ikompli jfittex it-tisħiħ u l-konsolidazzjoni tal-valuri u l-etos li l-Laboratorju hu mibni fuqhom billi jippromwovi l-komunikazzjoni fi ħdan il-komunità li qed tfittex l-ażil f’Malta u l-familji tagħhom barra mill-pajjiż, billi jxerred informazzjoni, servizzi ta’ kura bażika permezz tat-twaqqif ta’ kliniċi tas-saħħa miftuħa u jipprovdi kenn u ospitalità.”

Patri Mintoff, permezz tal-Laboratorju tal-Paċi Gwanni XXIII, imwaqqaf fl-1971, ta kontribut sinifikanti fil-promozzjoni, is-salvagwardja u ż-żamma tal-paċi. Il-Laboratorju tal-Paċi twaqqaf wara appell minn Papa Ġwanni XXIII li fl-Enċikliku tal-1963 talab lid-dinja biex tirrifletti dwar il-Paċi Universali fil-Verità, il-Ġustizzja, il-Karità u l-Libertà. Patri Mintoff fittex li jagħti l-ħajja lill-ħolma tiegħu ta’ spazju miftuħ u mhux ristrett fejn in-nies minn kulturi u komunitajiet differenti jistgħu jitħalltu flimkien.

Aħbarijiet Oħra
Ekonomija u Finanzi

Id-Dipartiment tad-Dwana ħabbar li minn Ottubru li ġej, lubricating oil, magħruf ukoll bħala petroleum oil, u tabakk tal-‘water-pipe’, ma jistgħux jinbigħu mingħajr ma jkunu ssiġillati bit-timbru tas-sisa. Fi stqarrija d-Dipartiment…

Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan…

Aktar