NGOs
Paul Gauci jagħti €7 miljun f’shares għall-karità

Paul Gauci, li huwa s-sid tal-maġġoranza tal-ishma fil-PG Group, ta €7 miljun minn dawn l-ismha lil għaqdiet karitattivi f’Malta.

Id-donazzjoni, li saret bħala parti mill-programm tal-grupp ‘Caring for our Community’, ngħatat lil Malta Trust Foundation, Puttinu Cares, Dar Bjorn, L-Ursolini, u l-Fondazzjoni Sebħ.

F’Lulju li għadda s-Sur Gauci diġà ta donazzjoni ta’ ishma lill-Caritas u lid-Dar tal-Providenza.

Is-Sur Gauci qal li ta lil dawn l-għaqdiet ishma, u mhux sempliċi donazzjoni ta’ flus, għaliex jirrispettahom għall-ġid li jagħmlu fil-komunità u jrid li jkunu parti mill-familja tall-grupp PG.

L-Eċċellenza Marie Louise Coleiro Preca, Chairperson tal-Malta Trust Foundation, faħħret lis-Sur Gauci u lil martu għas-sens ta’ responsabbiltà soċjali li qed juru biex jagħmlu d-differenza fil-ħajja ta’ tfal u żgħażagħ vulnerabbli.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qed jikkontesta r-ruling tal-Ispeaker Anġlu Farrugia li sab Prima Facie każ ta’ ksur ta’ privileġġ wara li Dr Azzopardi akkuża lid-Deputat Chris Cardona li huwa korrott…

Televiżjoni u Radju

Permezz ta’ ċifri preċiżi mis-sistema teknoloġika tal-Melita u kkonfermati mill-istatistiku Dr Vincent Marmara, dan ix-xahar, Television Malta laħaq udjenzi ferm akbar mis-soltu fost oħrajn bix-xandiriet diretti tal-avveniment politiċi mtella’ miċ-ċentru…

Saħħa

X’għandek tagħmel jekk sejjer jew tinsab iċ-Ċina bħalissa fejn faqqa’ l-mikrobu perikoluż tal-coronavirus? Id-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard qal li wieħed għandu jevita r-rasses u postijiet fejn hemm xi annimali mejta bħal…

Kronaka

Ilbieraħ filgħaxija, post li ilu abbandunat żmien twil f’Tas-Sliema ħa n-nar. L-inċident seħħ fi Triq Camenzuli kantuniera ma’ Triq Sant’Enriku f’Tas-Sliema. Membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni…

Aktar