Lokali
“Paul kien jiftaħ il-bibien biex jgħin lill-fqar”

Ingħatat l-aħħar tislima lil Paul Anthony Formosa ta’ 52 sena li nqatel fis-Somalja mill-grupp terroristiku Al Shabaab fl-4 ta’ Frar. Paul Anthony Formosa huwa l-ewwel Malti li nqatel minn militanti Iżlamiċi. Fr Marcellino Micallef li qaddes il-quddiesa qal li Paul Formosa kien raġel li ppratika l-umanità kull fejn kien, liema valur inżera’ wkoll f’uliedu.

Fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’ Anna f’Wied il-Għajn, ingħatat l-aħħar tislima lil Paul Anthony Formosa li fl-ewwel ġimgħa ta’ dan ix-xahar inqatel mill-grupp terroristiku Al Shabab fis-Somalja fejn kien jaħdem ma’ kumpanija internazzjonali fit-tmexxija tal-port.

Waqt il-quddiesa, il-Patri Franġiskan, Patri Marcellino Micallef, iddeskriva lil Paul Anthony Formosa bħala raġel ġentlom, li mhux biss ħadem għal familtu iżda anke kien magħruf li kien jiftaħ il-bibien biex jgħin lill-fqar.

Patri Marcellino qal “Paul mhux biss kien joffrilhom l-ikel, xorb, imma kien joffrilhom iktar minn hekk u ħadem f’nofs id-dinja, Indja, l-Iraq, l-Ukrajna, Messiku.”

Fr Marcellino faħħar lil Paul għaliex f’ħajtu żera’ l-imħabba għall-fqar anki f’uliedu li jridu jmorru l-missjoni biex iwieżnu lill-batut. Huwa qal li wieħed ma jifhimx u jistaqsi lil Alla, għala nies bħal Paul kellhom itemmu ħajjithom b’dan il-mod tant krudili. Qal li Paul ġie assassinat bħal Ġesù, waqt li ħeġġeġ lil familtu biex quddiem din it-tbatija jagħmlu u jwettqu l-opri tal-ħniena.

Fi tmiem l-omelija, Fr Marcellino appella lill-familja Formosa biex jgħannqu l-umanità, iħobbu l-fqar u jagħtu ħajjithom għal Kristu. Paul Formosa ħalla warajh lil martu Marica, u lil żewġt uliedu Maria u Sarah.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar