Barranin
Pazjenti bil-coronavirus f’Barċellona jittieħdu ħdejn il-baħar

Waqt li l-Gvern Spanjol beda jerħi wħud mill-aktar restrizzjonijiet ebsin kontra l-virus, l-isptar del Mar f’Barċellona ħa inizjattiva li jieħu lill-pazjenti bil-coronavirus ħdejn il-baħar.

Tim mediku mill-isptar Hospital del Mar, ġarr lill-pazjenti fis-sodod bħala parti minn programm li tfassal bil-għan li t-taqsima tal-kura intensiva tkun aktar umana.

B’kollox Spanja kkonfermat 239,932 infezzjoni mill-Covid-19 u 27,127 mewt. Fl-aħħar ġimgħat, il-pajjiż irnexxielu jikkontrolla l-imxija u t-Tlieta kienet it-tieni ġurnata infila li Spanja ma rrapportat l-ebda mewt.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Persuni li kienu qed isuqu minn ġo triq li taqsam foresta f’Bacau, fir-Rumanija, lemħu ors fil-ġenb tat-triq. Mara li kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi ddeċidiet li tinżel mill-vettura u tersaq qrib…

COVID-19

L-awtoritajiet Awstraljani fit-tieni l-aktar stat popolat, Victoria, qed jagħmlu minn kollox sabiex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. L-istat premier Daniel Andrews ħabbar li mat-3,000 familja f’akkomodazzjoni tal-Gvern mifruxa f’disa’ torrijiet għoljin, se…

COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ma nstab l-ebda każ pożittiv għall-Covid-19 f’Malta wara li saru 771 swab test. Persuna oħra ġiet iddikjarat li rkuprat mill-virus u b’hekk it-total ta’ persuni li fiequ…

Aktar