Saħħa
Pazjenti b’kanċer tal-prostata operati f’Mater Dei bl-għajnuna tar-robots

Minn kmieni s-sena d-dieħla, pazjenti b’kanċer tal-prostata se jkunu operati fit-teatri tal-Isptar Mater Dei flok jintbagħtu barra minn Malta. Iċ-Chairman tad-Dipartiment tal-Kirurġija, Gordon Caruana Dingli, qal li dan se jsir b’sistema robotika li se tibda tgħin lill-kirurgi waqt l-operazzjonijiet.

“Il-prostata hi f’post remot u hemm in-nervituri jgħaddu viċin, u importanti li titneħħa l-prostata mingħajr ma tagħmel ħsara lil dawn in-nervituri. Allura s-sistema tar-robot tippermetti lill-kirurgu jagħmel din l-operazzjoni preċiża u iktar eżatta milli kieku tagħmilha b’idejk biss.”

Dr Caruana Dingli qal li b’din is-sistema robotika, li saret b’investiment ta’ €4 miljun, l-iskariġġ u l-uġigħ għall-pazjent se jonqos bil-bosta.

“Minflok l-operazzjoni ssir minn ġo ferita kbira, isiru 4 toqob żgħar u l-istrumenti tar-robot jidħlu ġoż-żaqq minn dawn il-feriti żgħar, allura hu jirkupra iktar malajr,” spjega Dr Caruana Dingli.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, qal li din it-teknoloġija se tibda tintuża f’operazzjonijiet oħrajn, fejn eventwalment jinfirex fuq operazzjonijiet oħrajn fil-fwied, fl-intern, operazzjonijiet tal-widnejn u ginekoloġiċi.

Il-Ministru Fearne qal li s-sena d-dieħla, se tintuża teknoloġija oħra biex ikun hemm monitoraġġ kontinwu tat-tfal li għandhom iz-zokkor.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ residenti li jgħixu fi Triq il-Baltiku, San Ġiljan qamu maħsuda hekk kif sabu l-karozzi tagħhom milquta. Resident li kkuntattja lil TVM qal li dan mhux l-ewwel inċident tax-xorti tiegħu…

Saħħa

Is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika qalet li qed tagħmel moniteraġġ kontinwu fuq is-sitwazzjoni fiċ-Ċina u li qed isegwi l-pariri tal-Organiżżazzjoni Dinija għas-Saħħa (WHO). Fi stqarrija, intqal li Malta qed tieħu l-prekawzjonijiet kollha wara…

Mużika

Inawgurata fis-sena 1989, CAP-Sounds hija aġenzija tal-produzzjoni u l-ippubbiklar tal-mużika fil-qalba tal-Ġermanja li dejjem tat sapport u sostenn lill-artisti Maltin; sa mill-1996 meta Miriam Christine rrapreżentat ‘l Malta fil-Eurovision Song…

Aktar