Lokali
Pedofelu fil-ħabs b’dettalji fuq tfal

Uffiċjali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabu faxxiklu sħiħ b’dettalji ta’ tfal u ta’ persuni varji minn priġunieri għal politiċi, minn personalitajiet li jidhru fuq it-televiżjoni għal membri tal-ġudikatura u ġurnalisti.

tvm.com.mt jinsab infomat li għand il-persuna nstabu għexiren ta’ ismijiet b’dettalji fuq l-ulied. Hu mifhum li l-priġunier kien jibni l-informazzjoni wara li jara personalitajiet fuq it-televiżjoni.

Nifhmu li direttur ġenerali, il-Kurunell Alex Dalli għadda l-każ lill-pulizija u għaddejja investigazzjoni.

Biex il-persuna involuta tkun protetta mir-rabja ta’ priġunieri oħra mhux jitħalla jattendi quddies m’oħrajn u fejn jinġemgħu priġunieri oħra.