Barranin
Pedro Castillo dikjarat bħala l-President-elett tal-Perù

Pedro Castillo ġie dikjarat bħala l-President-elett tal-Perù, ġimgħat wara li rebaħ il-vot popolari fl-elezzjoni.

L-awtorità elettorali tal-pajjiż ħabbret il-verdett tagħha wara li analizzat l-allegazzjonijiet ta’ frodi elettorali li għamlet ir-rivali tiegħu – Keiko Fujimori.

Pedro Castillo, li għandu 51 sena u kien għalliem u kap ta’ union, kiseb aktar minn 50% tal-voti. Fl-ewwel diskors tieħu wara l-verdett huwa qal li se jaħdmu flimkien biex il-pajjiż jingħaqad.

Huwa se jingħata l-ġurament bħala president tal-Perù fit-28 ta’ dan ix-xahar.