Ekonomija
Pensjonanti mill-Awstralja eżentati milli jħallsu taxxa addizzjonali

Il-Kummissarju tat-Taxxi se jeżenta lill-pensjonanti li għandhom pensjoni tal-Awstralja milli jħallsu taxxa addizzjonali u interessi dovuti u jħallsu biss €20 ta’ darba bħala multa.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Finanzi ntqal li dawk il-pensjonanti li diġà ħalsu l-multa se jirċievu ċekk ta’ rifużjoni (refund) bil-posta jew dirett fil-kont bankarju tagħhom. Filwaqt li dawk il-pensjonanti li diġà bagħtu l-formola ser ikollhom il-kont aġġustat u se jingħataw sa sena ċans biex iħallsu t-taxxa dovuta billi jagħmlu ftehim mad-Dipartiment tat-Taxxi. Dawk il-pensjonanti li għadhom ma mlewx il-formola tat-taxxa ser ikunu qed jirċievu kopji bil-posta.  Huma ser ikunu qed jingħataw xahrejn żmien biex jimlew il-formola tat-taxxa għal kull sena li ma ddikkjarawx id-dħul.

Kull min jkollu xi diffikultà jew irid aktar għajnuna għandu jċempel lill-Uffiċċju tal-Customer Care fuq in-numru 153 jew billi jirrikorri personalment fl-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi, Block 4, il-Furjana.

Aħbarijiet Oħra
Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Immigrazzjoni

Wara li fl-aħħar ġimgħat inqalgħu batibekki bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani dwar l-immigrazzjoni, TVM stħarreġ is-sentiment tat-Taljani li qed jaħdmu f’Malta. Mindu ġie elett il-Gvern ċentru lemini Taljan kważi erba’…

Kronaka

Tliet membri mit-tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei sfaw aggrediti minn ġuvni Libjan waqt li kienu qed jassistu żewġ persuni li kellhom bżonn l-assistenza medika. Il-ġuvni ġie arrestat mill-Pulizija…

Aktar