COVID-19
Periklu li tikkollassa s-sistema tas-saħħa fl-akbar belt fil-Brażil biż-żieda fil-każi ta’ Covid-19

Is-sindku tal-ikbar belt fil-Brażil, São Paulo, qal li hemm periklu li s-sistema tas-saħħa tikkollassa jekk kif żdiedet id-domanda għas-sodod ta’ emerġenza biex ikunu ttrattati każi tal-coronavirus.

Bruno Covas qal li l-isptarijiet pubbliċi huma mimlijin sa massimu ta’ disgħin fil-mija u possibilment mhux se jkun hemm iżjed spazju għall-pazjenti fi żmien ġimgħajtejn.

Sao Paulo huwa wieħed mir-reġjuni l-agħar milquta mill-virus bi 3,000 imwiet sa issa. Nhar is-Sibt, il-Brażil kompla jżid drastikament fl-għadd ta’ każi ta’ infezzjonijiet tant li issa l-pajjiż għandu r-raba l-iżjed għadd ta’ infezzjonijiet fid-dinja, iżjed minn Spanja u l-Italja.  Fil-Brażil hemm aktar minn 241,000 każ ta’ Covid-19, b ‘iżjed minn 7,000 każ ġew irreġistrati fl-aħħar 24 siegħa.

Min-naħa l-oħra, ir-Renju Unit irreġistra 170 mewt – l-inqas mill-24 ta’ Marzu meta kien introdott il-lockdown. Fl-Italja, l-għadd ta’ każi kien ta’ 145, l-inqas għadd ta’ każi mid-9 ta’ Marzu. U fi Spanja, l-għadd ta’ imwiet mill-Covid-19 kien ta’ 87 persuna – l-ewwel darba li r-rata ta’ imwiet mill-Covid19 niżlet taħt il-100.

F’riperkussjonijiet oħra ikkaġunati mill-virus, il-Ġappun daħlet fl-ewwel riċessjoni mill-2015, bi tnaqqis ta’ 0.9 fil- mija fil-prodott domestiku gross fl-ewwel kwart tas-sena. Se jkun hemm iżjed pajjiżi ewropej li mistennija jerħu r-restrizzjonijiet tal-lockdown min-nhar it-Tnejn. Globalment kien hemm 4.7 każi kkonfermati ta’ coronavirus fid-dinja u 315,000 imwiet mil-Covid-19.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Is-Suoretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tas-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19 f’pajjiżna. Il-konferenza stampa se tixxandar dirett fuq TVM, tvm.com.mt, Radju Malta u l-paġna Facebook ta’ TVM.

COVID-19

It-tmien vittma tal-Coronavirus f’Malta huwa raġel ta’ 56 sena li kellu diversi kundizzjonijiet kroniċi. Fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa, intqal li l-vittma kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, irriżulta pożittiv…

Barranin

Riċerkaturi Ingliżi għaddejjin b’ħidma intensiva fejn qed janalizzaw eluf ta’ pazjenti morda bil-Covid-19 biex jippruvaw isolvu l-misteru ta’ din il-marda; l-għaliex għal xi wħud hija fatali mentri oħrajn kulma jaqbadhom…

Barranin

Il-Gwardja Nazzjonali fl-Istati Uniti ntbagħtet f’Minneapolis wara jumejn ta’ ġlied qalil minħabba l-qtil ta’ George Floyd ta’ 46 sena. Huwa nqatel minn pulizija li fgah b’għarkupptejh waqt li kien qed…

Aktar