Lokali
Perikolużi għat-trabi – irtirati mis-suq floats għall-għawm

Id-Direttorat għas-Sorveljanza tas-Suq fi ħdan id-Diviżjoni tar-Regolamenti Tekniċi tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), irtira mis-suq numru ta’ floats għall-għawm intenzjonati għat-trabi.

Dawn instabu li huma ta’ riskju serju għax it-tarbija tista’ tegħreq minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

  • Il-qiegħ ċatt ta’ dawn il-floats jimplika instabbiltà u b’hekk għandhom ċans akbar li jinqelbu;
  • Minħabba li l-proporzjon tal-area hu ikbar meta mqabbel mal-volum, jiżdied iċ-ċans li l-float bit-tarbija jinġarr mal-kurrent.

Dan wassal lid-Direttorat biex jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jiżgura l-irtirar ta’ dawn il-prodotti mis-suq lokali.

Il-konsumaturi li xtraw il-prodotti msemmija hawn fuq għandhom immedjatament jieqfu jużawhom u jirritornawhom għand tal-ħanut minn fejn xtrawhom.

Id-Direttorat ifakkar lill-manifatturi u lill-importaturi biex dejjem iqiegħdu fuq is-suq prodotti siguri. Barra minn hekk, kull min hu responsabbli mit-tqegħid tal-prodotti tagħhom fis-suq għandu jiżgura li huma konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq 2395 2000 jew fuq [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Kultura

The Tempest hija l-produzzjoni annwali tal-MADC, bl-iscript tad-drammaturgu William Shakespeare jingħata interpretazzjoni kontemporanja fl-isfond ta’ battuti dwar il-ħakma u l-maħfra, fil-ġonna ta’ Sant Anton. Il-ġonna ta’ Sant Anton se jerġgħu…

Kisbiet

It-tarzna ta’ Palumbo rebħet kuntratt prestiġjuż għat-tiswija ta’ tliet bastimenti tal-kumpanija Franċiża Corsica Linea b’sistema ta’ tindif tal-fuel skont ir-regoli l-ġodda fis-settur li jħarsu l-ambjent. Fi stqarrija, il-grupp Palumbo qal…

Knisja Maltija

Beda ix-xogħol fuq t-tieni fażi tar-restawr fil-knisja ta’ Santa Katerina taż-Żejtun li qed isir mid-direttorat tar-restawr anke għaliex din il-knisja Barokka hija meqjusa bħala kapolavur arkitettoniku ta’ Lorenzo Gafà tas-seklu…

Kronaka

Illejla l-Pulizija rnexxielha twaqqaf lill-mara li ritratti u filmati tagħha bdew iduru fuq il-midja soċjali fl-aħħar jiem, b’bosta persuni jgħidu li kienet qed iddur l-irħula u ġġib ruħha b’mod suspettuż….

Aktar