Lokali
Perit jipproponi pont pedonali bejn Tignè u l-Belt

Waqt li fin-naħa t’isfel tal-Belt għaddejjin bosta proġetti ta’ riġenerazzjoni bit-tama li jkunu parti mil-legat li jibqa’ wara li s-sena d-dieħla il-Belt tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura, Perit Malti stqarr ma’ TVM li din r-riġenerazzjoni tista’ tieħu aktar ħajja aktar jekk jinbena pont pedonali li jgħaqqad ix-xatt tal-Belt max-xatt ta’ Tas-Sliema b’tul ta’ madwar tliet mitt metru li jiġi jiswa madwar tmin miljun ewro.

Dr Konrad Xuereb qal lil TVM li pont bħal dan b’disinn innovattiv ma jistonax mal-karattru tal-Belt bħala sit ta’ wirt dinji u jgħin fir-riġenerazzjoni socjali u ekonomika fin-naħa t’isfel tal-belt.

Il-Perit u l-inġinier strutturali, Dr Konrad Xuereb, jemmen li biex il-Belt Valletta tkompli tgawdi fit-tul mir-riġenerazzjoni kbira li għaddejja u biex titkattar l-attività soċjali u ekonomika fin-naħa t’isfel tal-Kapitali, jeħtieġ proġetti kbar ta’ konnettività fosthom pont pedonali għal Tas-Sliema.

“Hemm opportunità fl-opinjoni tiegħi jsir eżempju bridge bejn Tignè Point u l-gunpost il-Belt, li hi distanza ta’ madwar 300 metru, u hemm eżempji li saru Londra, fejn hemm il-Millenium Bridge li jgħaqqad St Paul’s Cathedral li huwa World Heritage Site ma’ Soutwark, fejn hemm Tate Modern li hu mużew,” qal Dr Xuereb.

Dr Xuereb, li għandu uffiċċju f’Londra fejn fl-aħħar sittax-il sena ħadem fuq proġetti simili f’Hull u Yorkshire, fost l-oħrajn, qal li l-pont li qed jipproponi għandu jkun għoli biżżejjed biex jgħaddu d-dgħajjes u għandu jħalli benefiċċji kbar.

“Qed nitkellmu fuq tmienja jew seba’ miljun ewro, issa wieħed jista’ jdawwar id-domanda u jgħid imma dan investiment long term li inti għandek inqas pollution, iżjed nies mhux qed jużaw il-karozza u long term benefit għall-Belt li jinħass iktar magħqud għall-postijiet bħal Tas-Sliema,” spjega l-Perit Xuereb.

Mistoqsi dwar l-impatt viżiv tal-pont, il-Perit Xuereb qal li hemm diversi disinji innovattivi ta’ kif jista’ jsir bl-inqas impatt fuq id-dehra taż-żona, kif sar f’Castleford bridge b’tul ta’ 130 metru.

“Kien importanti wkoll il-fattur tal-estetika biex ma jkunx intrusiv allura ħriġna bi struttura vera rqiqa u biex nikkumpensa biex ikollok bizzejjed struttura ħriġna l-istruttura minn fuq u ħriġna bankijiet,” qal Dr Xuereb.

F’kummenti lil Television Malta, id-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Catherine Tabone, qalet li l-proġett tal-Valletta Design Cluster flok il-biċċerija l-antika hu wieħed mill-proġetti ewlenin tal-Fondazzjoni għan-naħa t’isfel tal-Belt.

“Il-post ħa jkun spazju allokat għal artisti li jaħdmu fis-settur tad-disinn li jkunu għadhom jibdew u allura ma jkollhomx il-kapital neċessarju biex appuntu joperaw minn spazju li huwa tagħhom allura aħna ntuhom dan il-post biex ikunu jistgħu joperaw minnu,” spjegat Tabone.

Id-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni qalet li minbarra dan il-proġett, f’din iż-żona tal-Belt qed isir ħafna xogħol ta’ restawr fuq knejjes, swali u binjiet antiki, waqt li għaddej il-proġett tal-arti msejjaħ ‘ġewwa barra’ li huwa maħsub għar-residenti tal-Belt biex b’mod kreattiv jgħinu lit-turisti u Maltin oħrajn jirrelataw mal-Belt u japprezzaw in-nisġa soċjali u kulturali tal-ħajja fil-Belt Valletta.

Aħbarijiet Oħra
Agrikultura

F’attività li saret fl-Imtarfa, il-Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, flimkien mad-Direttorat tal-Agrikoltura, fetaħ uffiċjalment l-istaġun tal-qtugħ tal-għeneb għall-għasir. F’Malta u Għawdex hawn madwar 460 ettaru dwieli, li…

Lokali

Ġie inawgurat uffiċjalment il-proġett ta’ tour virtwali fil-Katidral ta’ San Pawl fil-Belt Valletta. Dan il-proġett, mgħejjun mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, inħoloq matul il-pandemija tal-COVID-19 bil-ħsieb li l-katidral xorta waħda jiftaħ il-bibieb…

Storja

Heritage Malta għadha kif fetħet tliet siti ta’ importanza storika li jinsabu f’qiegħ il-baħar biex issa l-aġenzija għandha 15-il sit marittimu b’importanza arkeoloġika. Is-siti huma B-24 bomber Liberator Amerikan li…

Lokali

Sehem Malta fil-Commonwealth kien diskuss f’laqgħa bejn il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth il-Barunessa Patricia Scotland. Il-Ministru Bartolo tkellem dwar il-vokazzjoni naturali ta’ Malta bħala proponent ewlieni fil-komunità ta’…

Aktar