Lokali
Perjodu itwal lill-ħaddiema barranin biex jiksbu visa u jiġu jaħdmu Malta

Mit-tlieta ta’ Awissu li ġej ħaddiema barranin jistgħu jerġgħu jibdew japplikaw għas-single permit, li huwa permess ta’ xogħol u anki residenza f’Malta. Is-Segretarju Parlamentari, Alex Muscat qal li minħabba l-pandemija, il-ħaddiema barranin ma kienux qed jitħallew jiġu Malta u issa se jingħataw ċans ta’ disa’ xhur minflok sitt xhur biex jiksbu visa u jiġu Malta.

Mit-tlieta ta’ Awissu li ġej sidien ta’ negozji li jridu ħaddiema barranin jistgħu japplikaw b’sistema online permezz tal-website ta’ Identity Malta, bil-Kap Eżekuttiv tal-aġenzija, Anton Sevasta jgħid li min kien applika diġa u ma setax jiġi Malta minħabba r-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija, se jingħata estensjoni awtomatika ta’ disa xhur biex ikollu biżżejjed żmien jikseb il-visa u jasal Malta.

Is-Sur Sevasta qal li Identity Malta se tkun qed tibgħat dawn l-ittri lil min kellu l-permess biex jiġi Malta u skadilu. Qal li l-applikazzjonijiet pendenti se jiġu analizzati mill-ġdid fid-dawl tal-iżviluppi u s-sitwazzjoni tax-xogħol u min hu involut se jiġi kkuntattjat fil-jiem li ġejjin.

Is-Segretarju Parlamentari għaċ-ċittadinanza, Alex Muscat qal li minkejja li l-isfidi ekonomiċi u soċjali kkważati mill-imxiha tal-COVID, l-awtoritajiet rċevew bosta talbiet minn diversi sidien ta’ negozji u kuntratturi minħabba bżonn urġenti ta’ ħaddiema barranin.

“Insemmi s-settur tar-remote gaming, kostruzzjoni, bini tat-toroq, li baqgħu għaddejjin li ma jsibux biżżejjed ħaddiema, biex iħaddmu persuni barranin”.

Identity Malta se tkun qed tilqa’ wkoll applikazzjonijiet minn klabbs tal-futbol għal xi plejers tal-futbol professjonali sakemm ikunu konformi mar-regolamenti tas-saħħa skont l-avviżi legali applikabbli.

Is-Sur Muscat qal li l-estensjoni tal-permess għal disa’ xhur qed tingħata bit-tama li Malta tkompli tiftaħ l-ajruport għal iktar pajjiżi li sa issa huma magħluqa fosthom l-Indja.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Knisja f’Malta tfakkar fl-importanza li jiġu osservati l-miżuri ta’ prevenzjoni ta’ tixrid tal-imxija tal-COVID-19. Fi stqarrija qalet li filwaqt li jibqgħu japplikaw il-miżuri tad-distanza soċjali, it-teħid tat-temperatura u miżuri oħra, kull min…

Lokali

Bosta għaqdiet tal-annimali bbenefikaw minn madwar €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt ‘A Night at the Palace’. Waqt il-preżentazzjoni tad-donazzjonijiet lill-għaqdiet tal-annimali, il-mara tal-Prim Ministru Dr Lydia Abela qalet li hija…

Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Aktar