Parlament
Permessi ta’ residenza fl-2018 inħarġu l-aktar għas-Serbi, Indjani u Filippini

Il-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u infurzar tal-Liġi Byron Camilleri qal li fl-2018 inħargu 10,178 permess ta’ residenza ġdid f’Malta marbuta ma’ xogħol.

Fi tweġiba parlamentari lid-deputat Nazzjonalista Claudio Grech il-Ministru Camilleri qal li l-akbar għadd ta residenzi ġodda – 1,927 inħarġu lil persuni ġejjin mis-Serbja.

Wara s-Serbi, inħarġu 1,776 permess ta’ residenza ġdid lil persuni ta’ nazzjonalità Indjana u 1,556 permess inħareġ lil persuni ta’ nazzjonalità Filippina.

L-akbar għadd ta residenzi ġodda inħarġu lil persuni ġejjin minn dawn it-tliet pajjizi sa mill-2016.

Fit-tweġiba tiegħuil-Ministru qal li l-permessi għal residenza ġodda żdiedu kull sena mill-2013 meta kienu ħarġu 1,230 permess ġdid.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar