“Persuna b’diżabilità għandha abbiltajiet li bihom xorta tista’ tasal” – Kevin Cutajar

Kevin Cutajar, li ġie elett mill-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista b’mod unanimu biex jiġi co-opted fil-Parlament, qal li l-Partit Nazzjonalista bagħat messaġġ qawwi, li persuna b’diżabilità għandha abbilitajiet li bihom xorta waħda tista’ tasal u li jagħtuha sodisfazzjon.

Dr Cutajar, li se jkun qed jieħu post Dr David Stellini wara li kien irriżenja mill-Parlament, huwa l-ewwel Membru Parlamentari nieqes mid-dawl fl-istorja ta’ Malta.

F’kummenti mal-midja, Dr Cutajar qal li l-Partit Nazzjonalista għamel xi ħaġa li hija sewwa, li s-siġġu huwa t’Għawdex u għandu jibqa’ tal-Għawdxin. Qal li f’dak kollu li seħħ fl-aħħar jiem innota l-għaqda bejn l-Għawdxin.

Temm jgħid li hija xi ħaġa ta’ sodisfazzjon li ngħata l-privileġġ li jservi lill-poplu Malti u Għawdxi.

Ara l-kumment ta’ Kevin Cutajar f’dan il-filmat:

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Kevin Cutajar magħżul b’mod unanimu biex jieħu post David Stellini fil-Parlament

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Erbatax-il kwadru fil-Knisja tal-Mosta ġew restawrati b’investiment ta’ tmenin elf ewro. Erba’ kwadri huma tal-artista tas-seklu sbatax, Stefano Erardi u parti kbira mill-għaxra l-oħra huma ta’ Giuseppe Calì, meqjus bħala…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat wiegħed lealtà sħiħa u spazju lis-suċċessur tiegħu u qal li hu se jibqa’ baħri flok kaptan. Dr Muscat li tkellem fi tliet…

Milied

Aktar ma joqrob il-Milied, aktar jirrankaw l-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għall-għaqdiet tal-karità . . . fosthom il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund, li hija l-benefiċċarja tal-attività Santa Swim, li issa…

Aktar