Kronaka
Persuna bi ġrieħi gravi wara li ttajret fil-Gżira

Persuna ta’ 63 sena mir-Rumanija ġiet rikoverata wara li ttajret fil-Gżira. Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Gżira għall-ħabta tal-5.30 pm.

Mill-ewwel stħarriġ ħareġ li l-persuna ntlaqtet minn vettura tat-tip Vauxhall Astra misjuqa minn persuna ta’ 40 sena li tgħix Birkirkara.

Il-persuna li ttajret ittieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Ambjent

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil. Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija…

Pulizija

Għall-ewwel darba sal-aħħar ta’ din is-sena, il-Korp tal-pulizija ser ikollu flotta ta’ vetturi ġodda fid-distretti. Il-Korp, illum inawgura ħamsin vettura ġdida u sitt segways li se jintużaw l-aktar fiż-żoni pedonali…

Aktar