COVID-19
Persuna bis-sintomi baqgħet tmur għax-xogħol u infettat lill-kollegi u familthom

Waqt il-konferenza stampa tal-lum, is-Supertendent għas-Saħħa, Charmaine Gauci semmiet każ ta’ persuna fost l-infettati li baqgħet tmur għax-xogħol bis-sintomi u marrdet lil ħaddieħor.

Il-Professur Gauci qalet li l-persuna, minkejja li kellha bidu ta’ sintomi tal-Covid-19, baqgħet tmur għax-xogħol u konsegwentement infettat 3 kollegi li infettaw 2 persuni oħra tal-familja.

Il-Professur Gauci appellat biex min joħroġlu xi sintomi jibqa’ d-dar u jċempel il-111 għall-għajnuna.

Dwar dan il-każ partikolari sar contact tracing fuq il-post tax-xogħol.

Meqjus bħala infezzjoni bejn cluster ta’ 6 persuni, dan il-każ jissejjaħ second generation transmission liema qed jipprovaw jikkontrollaw u jevitaw l-awtoritajiet għas-Saħħa.

L-infettati huma Maltija ta’ 30 sena, Maltija ta’ 26 sena, mara ta’ 43 sena, raġel ta’ 41 sena u mara ta’ 27 sena.

https://www.facebook.com/watch/TelevisionMalta/

Ara wkoll:

13-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta – jitilgħu għal 169

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Annimali

Boton qtates ta’ sbatax tħalla abbandunat quddiem bieb ta’ santawarju tal-qtates f’Bormla. Il-Voluntiera tas-santwarju CSAF qalu li jħossuhom irrabjati li mhux biss għax dawn il-frieħ ġew mormija, iżda setgħu tgħaffġu…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna flimkien mal-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela ltaqgħu mal-imsieħba soċjali bi preparazzjoni għall-budget ta’ rkupru li se jitħabbar nhar it-Tnejn 8…

Aktar