Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ħabat mal-blat fil-Qawra

Raġel ġarrab ġrieħi serji wara li kien involut f’inċident fuq il-baħar fl-inħawi ta’ Fra Ben, fil-Qawra. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.00 ta’ waranofsinhar.

TVM infurmat li fil-ħin tal-inċident ir-raġel, li huwa Pollakk ta’ 30 sena, kien fil-baħar qed jipprattika l-kite surfing. Skont xhud fuq il-post, f’ħin bla waqt ir-riħ qawwi refa’ lir-raġel mill-baħar u sabbtu fuq il-blat.

Il-Pulizija marru fuq il-post, u sejħu għall-assistenza ta’ tim mediku minn Mater Dei u tal-Protezzjoni Ċivili.

Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji f’dahru u f’riġlejh.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Avjazzjoni

Il-kumpanija Ingliża Britten Norman, li timmanifattura ajruplani tal-għamla Islander, se tespandi l-operat tagħha f’Malta. Il-Ministru għall-Ekonomija, Chris Cardona, ħabbar li l-kumpanija ġiet allokata hangar ta’ 1,000 metru kwadru fil-park tal-avjazzjoni…

Sigurtà

Ġie ffirmat ftehim bejn l-Awtorità tal-Logħob u l-Korp tal-Pulizija li bih se tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejniethom, fosthom bil-bdil ta’ informazzjoni dwar is-settur tal-logħob. Intqal li dan jista jgħin f’investigazzjonijiet ta’ każi…

Aktar