Kronaka
AĠĠORNAT: Anzjan jitlef ħajtu fl-inċident fi Triq Ħad-Dingli

Raġel ta’ 73 sena tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident stradali fi Triq Ħad-Dingli, ir-Rabat. Flimkien miegħu passiġġiera kien hemm mara ta’ 74 sena li tinsab fil-periklu tal-mewnt.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am bejn Mitsubishi Pajero u Daihatsu Hi-jet.Il-Mitsubishi Pajero kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 48 sena residenti Ħad-Dingli. Id-Daihatsu Hi-jet kienet qed tinstaq mir-raġel ta’ 73 sena u mara ta’ 74 sena kienet passiġġiera fl-istess vettura.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Issejjaħ ukoll tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel u l-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ir-raġel u l-mara ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi serji. Ir-raġel ta’ 48 sena ma sofra l-ebda ġrieħi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marseanne Farruġia li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 39 sena mill-Marsa suspettat li wettaq sensiela ta’ serqiet minn ħwienet fl-aħħar ġimagħtejn. L-arrest sar mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali fil-lejl…

Politika

Dr Justyne Caruana ddikjarat li ma kinitx konxja tal-istorja rrapportata fil-midja dwar il-qrubija bejn żewġha, l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta, u Yorgen Fenech, li huwa s-suspettat mandant ewlieni fil-qtil ta’…

Politika

Id-ditta legali Chetcuti Cauchi xandret il-partijiet mill-filmat li ma kinux ixxandru mill-istazzjon Franċiż M6, li qalet li jiskolpawha mill-allegazzjonijiet li saru dwarha b’rabta mal-iskema taċ-ċittadinanza b’investiment, u li wasslu biex…

Politika

Jean Claude Micallef dalgħodu ħa l-ġurament bħala Membru Parlamentari, wara li kien elett b’elezzjoni każwali f’Diċembru li għadda. Is-Sur Micallef se jkun qed jokkupa s-siġġu vakat mill-eks Ministru Helena Dalli,…

Aktar