Kronaka
AĠĠORNAT (2): Raġel u żewġ pulizija l-isptar wara ġlieda b’ħadida f’Tas-Sliema

Ġlieda b’ħadida bejn tliet persuni f’Tas-Sliema wasslet biex raġel jiġi rikoverat l-Isptar Mater Dei għall-kura. Ir-raġel għandu 43 sena, u jgħix il-Mosta.

Il-Pulizija kkonfermat li f’inċident li seħħ għall-ħabta tal-11.00 ta’ filgħodu, meta allegatament qam argument minħabba karozza wieqfa fin-fn-nofs fi Triq San Ġwann il-Battista.

Intqal li żewġ irġiel Sirjani, wieħed ta’ 28 sena li jgħix Birkirkara u ieħor ta’ 23 sena li jgħix il-Ħamrun, waqfu fin-nofs biex iħottu xi xogħol, bix-xufier mill-Mosta li weħel warajhom.

Il-kundizzjoni tar-raġel ferut għadha mhijiex magħrufa. L-isptar ittieħdu wkoll żewġ Pulizija tal-RIU li sofrew ġrieħi ħfief.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ, għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra

Il-viżjoni li tixpruna l-programm li tħejja għall-istaġun li jmiss ta’ Spazju Kreattiv taħseb biex tegħleb l-isfidi tal-Covid-19, bl-organizazzjoni ta’ 400 attività bis-sehem ta’ 320 artist u 17-il għamla ta’ arti…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar