Kronaka
Raġel fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Marsa

Raġel ta’ 26 sena mill-Pietà jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident b’vann pickup li kien qed isuq fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa neqsin għoxrin ta’ filgħodu fi Triq Dicembru Tlettax.

Mill-ewwel tagħrif li ġabru l-Pulizija jidher li s-sewwieq laqat karozza quddiem id-daħla tal-Kumpless Sportiv tal-Marsa u aktar tard ħabat ma’ siġra fil-ġenb tat-triq.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu lis-sewwieq mil-vann. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu. Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Josette Demicoli.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar