Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li nħaraq fil-Fgura

Raġel ta’ 27 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li nħaraq waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ġo garaxx fil-Fgura.

Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq San Tumas għall-ħabta tal-11.15am.

Fuq il-post marru l-Pulizija u tim mediku minn Mater Dei, li ħa lir-raġel l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.

TVM infurmat li fil-ħin tal-inċident ir-raġel, li joqgħod Ħal Tarxien, kien qed jagħmel xi xogħol fuq dgħajsa, meta għal xi raġuni nħaraq.

Il-ħruq x’aktarx seħħ kawża ta’ short circuit. Fil-viċinanzi nzerta kien hemm ħaddiem tal-Protezzjoni Ċivili li kien off-duty, u ta l-ewwel għajnuna fejn qala’ l-batterija biex ma jinfirixx il-ħruq.

Fil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Skont il-paġna fuq Facebook, it-Temp Madwarna, jidher li l-ewwel maltempata tinsab wara l-bieb. Skont l-istess paġna diversi mudelli tat-temp qed jindikaw li fl-aħħar jiem t’Awwissu jista’ jkollna l-ewwel xita hekk kif…

Kronaka

Żagħżugħ Franċiż ta’ 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li x’aktarx ipprova jaqbeż minn fuq dgħajsa għall-baħar u spiċċa ħabat rasu mad-dgħajsa. Il-pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident, li seħħ…

Lokali

Id-Dwana kkonfiskat 1,700 sigarett tal-kuntrabandu minn maħżen ta’ stabbiliment f’Bormla. Dan seħħ wara xhur ta’ sorveljanza mill-uffiċjali tad-Dwana. Is-sid inqabad fil-fatt joħroġ kaxex ta’ sigaretti tal-kuntrabandu mill-maħżen, li jinsab biswit…

Lokali

Beda jaqta’ x-xagħar ta’ 13-il sena u llum li għandu 68 sena m’għandux ħsieb li jieqaf. Il-barbier Żejtuni Louis Cassar jispjega lil TVM għal xiex mal-bieb ta’ barra weħħel tabella…

Aktar