Kronaka
Persuna l-isptar wara li nqalbet bil-karozza fl-Imġarr

Persuna ttieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’inċident fl-Imġarr.

Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident fi Triq is-Sebħ fl-Imġarr għall-ħabta tal-11.50am.

Mill-ewwel tagħrif li TVM kiseb minn fuq il-post, jirriżulta li karozza għal xi raġuni tilfet il-kontroll, ħabtet ma’ arblu ta’ zebra crossing, u nqalbet.

Fuq il-post issejħu l-pulizija u tim mediku minn Mater Dei, li ħadu lill-persuna involuta l-isptar b’ambulanza. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa, iżda ma jidhirx li weġġgħet serjament.

Iktar dettalji mal-ħin.