Kronaka
AĠĠORNAT: Tfajla ta’ 20 sena l-isptar wara li ttajret f’Baħar iċ-Ċagħaq

Tfajla ta’ 20 sena li toqgħod Pembroke ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Il-Pulizija qalet lil TVM li kienet infurmata bl-inċident għall-ħabta tas-6.00 p.m..

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li t-tfajla kienet qed taqsam Triq il-Kosta meta ttajret minn Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 60 sena mill-Mellieħa.

Fuq il-post marru l-pulizija u tim mediku bit-tfajla tittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.

Intant, evidenti l-ħsarat fuq il-karozza tal-għamla Mazda Demio li kienet involuta fl-inċident, fosthom windscreen imkisser.