COVID-19
Persuna li rkuprat mill-coronavirus terġa’ tirriżulta pożittiva wara 4 xhur

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li f’Malta kellna persuna li kienet diġà pożittiva għall-coronavirus f’April li għadda, u propju lbieraħ, wara erba’ xhur reġgħet irriżultat pożittiva għall-Covid-19.

Qalet li kienet irriżultat pożittiva l-ewwel darba fit-13 ta’ April u rkuprat fis-27 ta’ April. Il-Professur Gauci qalet li minn dak iż-żmien sal-bieraħ, għadda ftit taż-żmien u għalhekk jidher li din hija infezzjoni ġdida mhux infezzjoni li kompliet għaddejja minn April.

Waqt il-bulettin mediku tal-Ġimgħa, il-Professur Gauci qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jitrattaw dan il-każ bħala infezzjoni ġdida ta’ Covid-19 u li l-persuna għandha sintomi ħfief.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li l-ECDC se tkun qed toħroġ linji gwida dwar il-klassifikazzjoni ta’ każijiet bħal dawn fil-jiem li ġejjin.

Ara wkoll:

47 każ pożittiv fi 3 djar tal-anzjani – 38 minnhom residenti

43 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta u jfiqu 30

 

Aħbarijiet Oħra

L-ammont ta’ persuni li mietu bil-Covid-19 fl-Istati Uniti, qabeż il-200,000. Skont is-sit li jżomm id-data dwar l-imxija tal-coronavirus fid-dinja, Johns Hopkins University, aktar minn 6.8 miljun ruħ huma magħrufa li…

Raġel ta’ 84 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-IDU fl-Isptar Mater Dei dakinhar stess…

Summit ta’ jumejn għall-mexxejja Ewropej li kellu jibda għada se jiġi pospost, wara li uffiċjal tas-siġurtà ħareġ pożittiv għall-Covid-19. Minħabba f’hekk, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel kellu joqgħod fi kwarantina,…

Il-lingwa tas-sinjali Maltija hija t-tielet ilsien uffiċjali f’Malta. Lejliet il-Jum Dinji għal-Lingwa tas-Sinjali, TVM tkellem mal-Professur Marie Alexander li hija l-editriċi tal-uniku dizzjunarju ta’ din il-lingwa, li jiġbor mijiet ta’…

Aktar