Barranin
Persuna mejta u erbgħa nieqsa fi splużjoni ta’ impjant kimiku fil-Ġermanja

Minn tal-inqas persuna waħda nqatlet u erbgħa oħra għadhom nieqsa wara splużjoni f’impjant kimiku fil-Ġermanja.

16-il persuna oħra ndarbu, tnejn minnhom b’mod serju, fl-isplużjoni fil-belt Leverkusen li seħħet għall-ħabta tal-9.40am ħin lokali.

Kawża tal-isplużjoni fl-impjant Chempark, li jinċinera l-iskart, qabad nar kbir li ħa diversi sigħat biex ikun ikkontrollat.

Il-Pulizija appellaw lin-nies fiż-żona biex jibqgħu ġewwa u jagħlqu l-aperturi.