Barranin
AĠĠORNAT: 5 mejta u oħrajn mitlufa fi żbroff ta’ vulkan fi New Zealand

Telgħu għal ħamsa l-persuni li tilfu ħajjithom wara li żbroffa vulkan fuq gżira turistika fi New Zealand.

Il-vulkan Whakaari, fuq White Island, beda jiżbroffa għall-ħabta tas-2.10 ta’ waranofsinhar. Dak il-ħin fil-ħofra kien hemm għadd ta’ turisti.

Il-Pulizija qalet li 23 persuna laħqu ġew salvati, iżda sigħat wara l-iżbroff intqal li s-sitwazzjoni kienet wisq perikoluża biex tkun tista’ titkompla operazzjoni ta’ salvataġġ.

X’aktarx in-numru tal-vittmi se jiżdied, hekk kif uħud għadhom mitlufa. Għadd ta’ persuni oħra sofrew xi ġrieħi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Hong Kong ħabbar pjani biex jitrażżan vjaġġar bejn iċ-Ċina u Hong Kong, waqt li l-coronavirus kompla jinfirex. Fiċ-Ċina, in-numru tal-mejta kawża tal-virus issa qabeż il-100, waqt li l-infezzjonijiet ikkonfermati qabżu…

Barranin

Mara mit-Tajwan tista’ tgħoddha b’waħda, hekk kif għall-aħħar tax-xahar kellha kollox lest biex tibbukkja btala fil-belt ta’ Wuhan, iżda spiċċat mhi sejra mkien wara li l-kelb tagħha, Kimi, kililha l-passaport….

Barranin

L-artista Delphine Boël irnexxielha tikseb il-provi li r-Re Albert II tal-Belġju huwa missierha. Delphine Boël, ta’ 51 sena, għaddiet minn battalja legali twila, wara li r-Re Albert II, li għandu…

Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Aktar