Kronaka
Persuna midruba gravi f’inċident bejn 2 karozzi f’San Ġiljan

Persuna sfat midruba gravi f’inċident bejn żewġ karozzi li seħħ għall-ħabta tas-07:00 fi Triq Mikiel Anġ Borġ, f’San Ġiljan.

L-impatt seħħ vettura tat-tip Peugeot 3008 misjuqa minn persuna mill-Korea ta’ 45 sena residenti San Ġiljan u vettura tat-tip Toyota Toyace misjuqa minn persuna ta’ 37 sena minn Raħal Ġdid.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-passiġġier riekeb fil-Peugeot l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard il-persuna, li hija ta’ nazzjonalità barranija, ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar