X

Persuna minn kull 4 f’riskju ta’ mard minħabba nuqqas ta’ eżerċizzju

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li kwart tal-popolazzjoni dinjija, jiġifieri li kważi biljun u nofs, mhux qed jagħmlu eżerċizzju fiżiku. Skont l-Għaqda Dinija tas-Saħħa meta mqabbla l-figuri ma’ 17-il sena ilu, ftit li xejn kien hemm kambjament.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wissiet li nuqqas ta’ eżerċizzju fiżiku jwassal biex persuna minn kull erbgħa jkunu f’riskju ta’ problemi kbar fis-saħħa, fosthom mard tal-qalb, dijabete type two, u anki kanċer.

L-iktar pajjiżi bl-inqas attività fiżika huwa r-Renju Unit, u li bejn in-nisa u l-irġiel, huma n-nisa li l-iktar li għandhom nuqqas ta’ eżerċizzju ħlief għal nisa Asjatiċi.