Politika
“Persuna nqatlet għall-qżież” – il-PM dwar il-qtil tal-immigrant f’Ħal Far

L-attività politika tal-Partit Laburista llejla kienet fix-Xewkija, bil-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li warrab id-diskors li kien ħejja u ffoka fuq l-aħħar żviluppi fil-każ tal-qtil tal-immigrant mill-Kosta tal-Avorju.

Dr Muscat qal li dan il-każ għandu jdaħħal f’qoxorthom lil dawk in-nies li qal iparlaw fil-vojt u li tul is-snin żergħu l-mibgħeda. Il-Prim Ministru qal li nqatlet persuna għall-qżież. Saħaq li m’aħniex dak il-poplu u din mhix Malta tagħna.

Il-mexxej Laburista qal li bil-mod il-mod id-dudu daħal, u min irewwaħ l-aktar kontra l-barranin. Saħaq li jekk il-poplu se jħalli din il-ġrajja tgħaddi qisu mhu xejn, mhux biss tkun inqatlet persuna għal xejn imma nkunu qed niċħdu dak li vera aħna – poplu li jħenn.

Il-Prim Ministru qal li huwa minnu li hawn ħafna barranin iżda staqsa jekk dan ifissirx li għandu jkun hemm sinjali ta’ mibgħeda. Qal li dan hu l-waqt li tinbidel in-narrattiva politika f’dan il-qasam u l-pajjiż jitgħallem iħaddan id-differenzi. Ġibed l-attenzjoni li kien hemm min fuq it-televiżjoni qal nisparaw fuqhom u hekk ġara.

Dr Muscat għadda messaġġ lill-barranin li jgħixu Malta, speċjalment dawk li ġejjin mill-kontinent Afrikan. Assigurahom li dak li ġara Ħal Far ma jirrapreżentax lill-poplu Malti. Stieden lil min jaf xi barrani jew barranija biex jeħdulhom b’idejhom u jistiednuhom għall-ikel sabiex juruhom verament xi tfisser Malta. Saħaq li Malta hija l-Malta li tħobb u mhux li tobgħod.

Il-Prim Ministru tenna li dan il-każ m’għandux jitfa’ dell fuq il-Forzi Armarti li salvaw eluf ta’ persuni mill-għarqa. Qal li m’għandnix nitfgħu lis-suldati kollha f’keffa waħda u għandhom jiġu rispettati tax-xogħol umanitarju li jagħmlu ta’ kuljum.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar