Kronaka
Żagħżugħ jitlef ħajtu f’nirien li ħakmu ħanut fil-Marsa – jiddeskrivuh bħala raġel twajjeb

Tmien traġiku għal żagħżugħ ta’ nazzjonalità Eġizzjana li jidher li spiċċa maħruq f’soddtu meta nar ħakem il-ħanut tal-merċa fejn huwa kien jaħdem u jgħix. Iż-żagħżugħ Maged Saad Malak Eshak li kellu 25 sena spiċċa vittma tan-nirien li ħakmu l-ħanut tiegħu fi Triq Qormi, il-Marsa li kien jaqdi klijenti minn kulturi differenti.

Maged Saad Malak Eshak magħruf mal-klijenti tiegħu bħal Maz kien rawwem klijentela multi kulturali fil-ħanut tiegħu fit-Triq Qormi fil-Marsa. Il-ġirien li kien jafu iddiskrivewh bħala ħabbrieki li ħajtu kienet il-ħanut, li sal-erbgħa kien għadu miftuħ sal-11 ta’ billejl.

In-nirien li għal xi raġuni ħakmu l-ħanut ftit qabel il-ħamsa ta’ filgħodu, ħasdulu ħajtu għaliex Maz ma rnexxielux jiskappa n-nirien li għamlu ħafna ħsara saħansitra strutturali. Il-pulizija u l-membri tal-protezzjoni ċivili li jsejħu fuq il-post kmieni filgħodu kellhom anke jevakwaw xi ġirien minħabba l-ħsarat strutturali li żviluppaw bin-nirien. Huwa mifhum li Maz kien jorqod fuq in-naħa ta wara tal-ħanut.

Il-mewt għallarieda ta’ Maz ħasdet lill-ġirien. Gian Tonna li kien joqgħod f’appartament fuq il-ħanut tiegħu, deher mismut bl-aħbar.

“He was actually a really nice guy, a Muslim guy, Libyan guy, you would think we would not get along, but he was a very nice guy, the type of guy, if you owe him 1 Euro, he would tell you to pay him next time, this type of guy.”

Żied jgħid li għalkemm sema’ l-ħsejjes, qatt ma basar li l-ħanut ta’ Maz kien ħa n-nar.

“My sister and I came to explore and found a fire, we tried to knock on the door, but there was no answer from the guy inside, from Maz or one of the three other guys which for sure, stay inside.”

Żied jgħid li Maz kien iqisu bħala ħabib tiegħu ghax minkejja li ġej minn kultura differenti, kien jagħmel sforz biex jifhem lil ta’ madwaru.

Simon Aquilina, li joqgħod maġenb il-ħanut tal-vittma, qal li Maż kien ġuvni eżemplari, li kien igib l-għaqda, f’żona fejn joqogħdu nies minn kulturi differenti.

“Kien ilu naqra hawn, xi sentejn, u tifel sew ħafna kien, qatt ma kien joħloq problemi hawn, anzi, wieħed minn tal-ewwel biex jekk jinqala xi ħaġa, isolvi l-problemi li ġieli jinqalgħu hawnhekk.”

Waqt li s-sur Aquilina jgħodda b’waħda, li daru ġarbietx ħsarat, mhux l-istess għal Gian Tonna u l-familja tiegħu li d-dar fejn kienu joqogħdu ġarbet ħsarat estensivi kawża tan-nirien. Wara li saru l-ispezzjonijiet mill-Periti fuq is-sit, l-apparmtament ta’ fuq il-ħanut ġie evekwat.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Jana Micallef Stafrace li fetħet inkjesta bl-għajnuna ta’ diversi esperti.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, MUMN, ħabbru azzjoni industrijali fid-dawl li l-attivitajiet tal-massa ma twaqqfux milli jiġu organizzati waqt il-pandemija tal-Covid. Il-MAM ordnat sensiela ta’ direttivi…

Lokali

Bejn din is-sena u s-sena li ġejja fiż-żona tat-tlett ibliet u l-Kalkara se jkunu qed isiru mal-25 proġett ta’ restawr varji fosthom fuq il-Forti Ricasoli, s-swar ta’ Santa Margerita u…

Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Aktar