Kronaka
Aġġornat: Persuna tittajjar f’Ħal Luqa, is-sewwieq jaħrab u jinqabad fl-Imsida

Raġel ta’ 27 sena residenti Santa Venera sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ filgħaxija ttajjar minn vettura VW Golf f’Ħal Luqa f’każ ta’ hit and run. Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.10pm fi Triq Ħal Luqa, viċin il-klabb tal-boċċi.

Ambulanza marret fuq il-post u ħadet lill-persuna li ttajret l-isptar Mater Dei.

TVM infurmat li l-karozza li laqtet lill-persuna baqgħet sejra, u li l-Pulizija bdiet minnufih bi tfittxija għas-sewwieq, bil-vettura tinstab fi triq il-Baċir l-Imsida.

Il-vettura ġiet imwaqqfa, fejn raġel ta’ 25 sena residenti l-Imsida u mara ta’ 19 -il sena residenti Santa Venera ġew miżmuma sabiex jiġu mitkellma mill-pulizija.

Jekk għandek xi ritratti/filmati tal-każ ibgħatomlna fuq [email protected]