Lokali
Persuni 40+ jistgħu jirreġistraw għat-tilqima mill-Ġimgħa

Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li mill-Ġimgħa li ġej, persuni li għandhom 40 sena jew aktar jistgħu jirreġistraw biex jieħdu t-tilqima kontra l-COVID-19.

Dr Fearne ħeġġeġ lil dawn il-persuni biex jidħlu fuq is-sit elettroniku vaċċin.gov.mt jew billi jibagħtu sms fuq in-numru 99180045 biex jieħdu t-tilqima f’Malta jew 99180044 biex jitlaqqmu f’Għawdex.

L-aħħar ċifri dwar il-programm nazzjonali ta’ tilqim f’pajjiżna juru li sal-bieraħ ingħataw kważi 6,000 doża tat-tilqim.

Mid-dożi kollha li ngħataw s’issa jiġifieri 288,797, aktar minn 90,000 ruħ ħadu ż-żewġ dożi u għalhekk għandhom l-ogħla grad ta’ protezzjoni mill-Coronavirus.

Tibda tingħata f’Malta t-tilqima tal-Johnson & Johnson wara l-approvazzjoni mill-EMA