Statistika
Persuni b’diżabilità jħossu li m’għandhomx biżżejjed aċċess għal ċertu servizzi

Riċerka li saret fost persuni b’diżabilità inkluż tfal bl-awtiżmu u persuni bi sfidi mentali, ħareġ li dawn iħossu li m’għandhomx biżżejjed aċċess għal ċertu servizzi. Ir-riċerka li saret mill-Fondazzjoni Inspire bl-appoġġ tal-Fondazzjoni Richmond wasslet biex tnediet pjattaforma online li permezz tagħha persuni b’diżabilità jingħataw informazzjoni utli f’diversi oqsma fosthom fl-edukazzjoni u fis-saħħa.

Riċerka li saret fost 25 persuna b’diversi forom ta’ diżabilità fosthom nuqqas ta’ dawl, nuqqas ta’ smigħ, sfidi mentali, awtiżmu u diżabilitajiet fiżiċi sabet li dawn il-persuni għandhom nuqqas ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom.

Ir-riċerka tmexxiet minn Lara Bezzina li qalet li l-intervisti saru bl-appoġġ tal-fondazzjonijiet u għaqdiet mhux governattivi li jirrapreżentaw forom varji ta’ diżabilità.

Lara Bezzina qalet “hawn nuqqas ta’ aċċessibiltà mhux fiżika biss, imma anki meta qed nitkellmu fuq neqsin mis-smigħ għas-servizzi ta’ saħħa, jew studenti b’diżabilità viżwali ostakli jekk m’hemmx equipment li jkollhom bżonn”.

Lara Bezzina semmiet każi li ltaqgħet magħhom fir-riċerka fosthom ta’ raġel li għandu diżabilità fiżika li meta wasal għall-interview biex jaħdem bħala għalliem, qallulu li kien messu infurmahom li għandu diżabilità qabel ma ġie għall-interview, filwaqt li mara nieqsa mis-smigħ qalet li meta jkollha appuntament l-isptar ikollha tieħu persuna oħra magħha biex jgħinha tikkomunika, kif ukoll każ ta’ persuna li tbati bl-isfida mentali tal-OCD, li jsofri minn attakki tal-ansjetà kull meta tispiċċa fi kju biex tinqeda.

Il-proġett tal-Fondazzjoni Inspire bl-appoġġ ta’ Richmond, wassal għat-tnedija ta’ pjattaforma, www.know-ur-rights.com li tipprovdi informazzjoni utli għal mistoqsijiet li wieħed ikollu fuq edukazzjoni, xogħol, ġustizzja, u divertiment. Il-pjattaforma online tinkludi xogħol awdjo viżiv biex tkun verament aċċessibbli għal kull persuna b’diżabilità.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Huma ħafna l-Maltin li jkollhom seba’ mitt sena sakemm jasal is-sajf biex igawdu l-baħar u jqattgħu ġranet sħaħ jilagħqu x-xemx. Sa seba’ snin ilu, Fiona Sammut kienet waħda minnhom ….

Enerġija

Bil-limitazzjonijiet kbar tal-art għal solar farms, l-MCAST flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tax-Xjenza u t-Teknologija qed ikompli jesperimenta dwar solar farms fil-baħar madwar Malta biex tiġi ġenerata l-enerġija mix-xemx. L-MCASTqal li dal-proġett…

Kronaka

Sid ta’ ħanut fil-Mosta qed jappella għall-informazzjoni wara li raġel illum waranofsinhar seraq mobile u ħarab jiġri. Fil-filmat, li nqabad minn kamera tas-sigurtà, jidher jidħol fil-ħanut dan ir-raġel. Ftit tal-ħin…

Lokali

Wara l-mewt traġika ta’ Jean Paul Bonnett kawża ta’ xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem fuq karru għall-karnival, tħassru l-attivitajiet tal-karnival li kellhom isiru fi tmiem il-ġimgħa. Il-Ministeru għall-Ġustizzja,…

Aktar