Lokali
Persuni b’diżabilità jmorru dawra bil-paraxut

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra bil-paraxut.

Christine qalet li kienet eċitata; “fl-aħħar ħa nħossni libera. Mingħajr l-ebda xkiel u mingħajr l-ebda restrizzjoni. Libera daqs għasfur.”

Dawn kienu l-kummenti li tatna Christine Borg ftit minuti qabel m’għamlet l-ewwel esperjenza tagħha ta’ dawra bil-paraxut.

Hija qalet li dal-lejl ma raqdet xejn u bdiet taħseb jekk hux se jirnexxielhom jagħmluha, u jekk it-temp kienx se jkun favorihom. “Anżjuza però fl-istess ħin eċitata għax se nagħmilha. U jekk nagħmilha jien jagħmilha kulħadd.”

U fil-fatt din il-ħolma saritilha realtà għax Christine rnexxielha u diġà qed taħseb fuq il-ħolma li jmiss… dik li tgħum mad-dniefel.

Tonio Mercieca, residenti ieħor ta’ Dar l-Akkwarell fil-Qawra, ukoll kellu din l-esperjenza.

“Wara ħafna organizzazzjoni issa waslet il-ġurnata. Nisperaw li kollox għandu jmur sew imma nsomma. Sfida hux. Waħda mill-oħrajn” qal Tonio.

Qabel din l-esperjenza bil-paraxut, Tonio tar fuq ajruplan Microlight u jiddeskriviha bħala sensazzjoni ta’ libertà.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Kompliet ukoll il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Liam Debono akkużat fost oħrajn bl-attentat ta’ qtil tal-Kuntistabbli Simon Schembri. Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud xehed fost oħrajn l-Ispettur Spiridione Zammit dwar meta Liam Debono…

Qorti

Caven Cutajar ta’ 48 sena miż-Żurrieq wieġeb mhux ħati ta’ akkużi ta’ vjolenza domestika kontra s-sieħba tiegħu fosthom biża’ li ser tintuża vjolenza kontra tagħha u li ħebb għaliha. Il-prosekuzzjoni…

Aktar