Lokali
Persuni bil-Parkinson’s jieħdu sehem fi klassijiet ta’ żfin

Matul l-aħħar sentejn, qrib il-200 persuna li jbatu mill-Parkinson’s qed tieħu sehem attiv fi klassijiet ta’ żfin li joffru għajnuna lin-nies li jkollhom din il-marda. Kif qalulna l-parteċipanti dawn jgħinnuhom mhux biss fiżikament u mentalment, imma wkoll għax jiltaqgħu u jsiru qishom familja.

Sentejn u nofs ilu, Step up for Parkinson’s, organizzazzjoni volontarja mwaqqfa minn Natalie Muschamp, bdiet b’numru żgħir ta’ parteċipanti li llum tela’ għal qrib il-200 persuna. Żorna wahda mill-klassijiet ta’ żfin li jsiru f’sitt lokalitajiet għan-nies bil-Parkinson’s u iltqajna mal-parteċipanti huma u jħejju ruħhom għal lezzjonijiet taż-żfin.

Tkellimna mal-iżgħar parteċipant, David Borda li għandu 47 sena. David sar jaf li għandu l-Parkinson’s meta kien għad kellu 40 sena.

David qal “għall-bidu ma ħadthiex tajjeb imma bħala karattru fighter u għedt jew niddispra jew niġġielidha. U jien għażilt li niġġielidha u l-fatt li tiġġieled u tkun pożittiv hija parti biex tirbaħ il-marda li għandek. Nadatta lili nnifsi għall-Parkinson’s bil-limitazzjonijiet kollha li ġġib magħha.”

Carmen Seychell qaltilna li fost fatturi oħra, il-Parkinson’s trid tiġi iffaċċjata b’kuraġġ.

Carmen Seychell qal “jekk toqgħod titħassar lilek innifsek fil-ħajja ma tagħmel xejn, allura daqxejn kuraġġ. Jien jekk nagħmel hekk filgħodu nqum qisni robot għax qed ngħidlek litteralment iebsa kompletament, pero’ kif inniżżel riġlejja mal-art ngħid illum ġurnata oħra mela shower u lesta, daqshekk, nibda l-ġurnata. Fejn tgħejja tieqaf u tkompli wara.”

Staqsejna lil David u lil Carmen kif qed jgħinnuhom il-klassijiet taż-żfin Step up for Parkinson’s.

David Borda qal “apparti li hemm l-aspett ta’ ġid għas-saħħa hemm l-aspett uman u l-aspett ta’ familja wkoll, jiġifieri kollox kombinat f’daqqa.”

Carmen Seychell qalet “qabel bdejt hawnhekk il-classes kont qed nara ħafna problemi fija nnifsi. Naqa’, filli nimxi u nibbies, inkun qed naqsam ma nistax ngħaġġel u hekk. Minn mindu bdejt niġi hawnhekk sibt ħafna għajnuna l-ewwel ħaġa psikoloġikament ukoll tħossok aħjar għax tiltaqa’ man-nies bl-istess problema, għalkemm kulħadd differenti, pero’ l-għajnuna li tawni jiena sirt għandi iżjed kunfidenza fija nnifsi.”

Waħda mill-għalliema Michelle Firman, enfasizzat li l-eżerċizzju u ż-żfin huma terapija għall-parteċipanti.

” We do a number of exercises here that target the different symptoms of Parkinson’s, and most of all they come here to dance and have fun.”

Michelle saħqet li dawn il-klassijiet huma bla ħlas biex ikunu miftuħa għal kull min għandu bżonn. L-organizzazzjoni taħdem permezz ta’ attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi li torganizza u bl-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund u l-Assoċjazzjoni Malta Memorial District Nursing.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar