Safar
Persuni b’nuqqas ta’ dawl se jkollhom passaport għalihom

Persuni b’nuqqas ta’ dawl se jkollhom passaport għalihom hekk kif Identity Malta żviluppat servizz ġdid li jaħdem bi QR code li jiġi scanjat mill-mobile. Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli qalet li din hi fost l-ewwel inizjattivi tax-xorta tagħhom fl-Ewropa u qed tittama li pajjiżi oħrajn jibdew jużaw din it-teknoloġija għal soċjetà aktar inklussiva.

Joseph Vella u mal-ħamest elef persuna oħra f’Malta li jbatu minn nuqqas ta’ dawl se jkunu jistgħu jaċċessaw id-dettalji tal-passaport b’mod indipendenti u b’aktar privatezza bl-għajnuna ta’ QR code fuq sticker li titwaħħal mal-passaport u li tinqara b’app (speech code) li titniżżel bla ħlas.

Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza, Julia Farrugia Portelli qalet li b’din l-inizjattiva Malta hi fost l-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li qed toffri dan is-servizz. “Pajjiżi oħra ħlief il-Portugall m’għandhomx din l-għodda u jiena nemmen li jkollna soċjetà aktar inklussiva jekk nimirħu bħala Ewropej fuq din il-linja”.

Is-Segretarju Parlamentari għad-drittijiet tal-persuni b’diżabbilità, Anthony Agius Decelis qal li dan hu żvilupp ieħor lejn aktar inklussività.

“Dak kollu li qed nagħmlu huwa biex inkissru l-barrikati u kulħadd iħossu inkluż fis-soċjetà tagħna”.

Michael Micallef li wkoll ibati min-nuqqas ta’ dawl qal li din l-għodda innovattiva jaf tkun il-bidu tat-triq għal aktar aċċessibiltà.

“Għaliex sistema bħal din tista’ għada pitgħada tintuża fil-kotba, CDs, jew prodotti oħrajn biex l-individwu forsi juża l-istess app biex ikun jaf dawn l-affarijiet ukoll”.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Identity Malta, Anton Sevasta u ċ-Chairperson tal-aġenzija, Ian Castaldi Paris spjegaw li dan is-servizz qed jiddaħħal fil-passaporti ġodda li għadhom kif bdew jiġu stampati u li fihom aktar karatteristiċi ta’ sigurtà bl-użu tal-aħħar teknoloġija.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Matul il-lejl li għadda, il-Pulizija flimkien ma’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malti wettqu diversi kontrolli tat-traffiku madwar Malta fejn irriżultaw f’sejba ta’ droga kif ukoll ġew osservati ksur ta’ regolamenti tat-traffiku….

COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa ma ħareġ l-ebda każ ġdid ta’ coronavirus f’Malta bil-każijiet attivi issa jinżlu għal 5 hekk kif fiequ 2 persuni oħra. B’kollox f’Malta u…

Annimali

Il-persuni li jitimgħu l-qtates li hemm fiż-żona ħdejn iċ-ċimiterju f’Ħad-Dingli sabu twissija ma’ wiċċhom li ma jistgħux jitimgħuhom aktar. Jidher li qamet kwistjoni bejn il-feeders taż-żona u r-residenti fuq l-ikel…

Aktar