COVID-19
Persuni li jiġu Malta mingħajr vaċċin iridu jagħmlu kwarantina mandatorja

Fl-avviż legali li ħareġ ilbieraħ qed titlob lit-turisti li ma jkunux ħadu l-vaċċin tal-COVID-19 jagħmlu kwarantina malli jaslu Malta.

L-avviż legali jeżenta wkoll persuni li ma jistgħux jieħdu t-tilqima minħabba raġunijiet mediċi u persuni bejn l-ħames snin u 11-il sena. Dan kemm-il darba li mal-wasla tagħhom f’Malta jkunu fil-pussess ta’ riżultat negattiv ta’ PCR test imwettaq mhux aktar minn 72 siegħa qabel il-wasla tagħhom f’Malta.

Dawn huma l-pajjiżi li mhux meħtieġ kwarantina jekk ikollok iċ-ċertifikat tal-vaċċin:

L-Awstrija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, l-Ungerija, l-Iżlanda, l-Irlanda, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Norveġja, l-Italja, Franza, is-Slovakkja, l-Iżvizzera, il-Greċja, il-Kroazja, Spanja, il-Polonja, il-Belġju, il-Bulgarija, l-Olanda, il-Kanada, l-Awstralja, New Zealand, il-Korea t’Isfel, Andorra, Monako, San Marino, iċ-Ċina, il-Belt tal-Vatikan, Iżrael, Singapor, is-Slovenja u l-Ġappun.

Ma’ dawn il-pajjiżi hemm ukoll xi pajjiżi mill-Istati Uniti tal-Amerika li huma liniti biss għal dawn l-istati: Washington, Oregon,Louisiana, West Virginia, North Dakota, Georgia,Texas, Pennsylvania, North Carolina, Tennessee,Iowa, Nebraska, Ohio, South Carolina, New Mexico, Florida, Virginia, Maine, South Dakota,Michigan, Illinois, Delaware, Wisconsin, Puerto Rico, Hawaii, New Jersey, Minnesota,Connecticut, Alaska, New Hampshire, Maryland,New York, Rhode Island, Distrett ta’ Columbia,Massachusetts, Vermont, Kalifornja, Idaho,Kentucky, American Samoa, Federated States of Micronesia, Northern Mariana Islands, Palau,Republic of Marshall Islands, Arkansas, Missouri,Oklahoma, Mississippi, Virgin Islands, Nevada,Arizona, Wyoming, Utah, Alabama, Colorado,Guam, Indiana, Montana u Kansas.

Pajjiżi oħra li ma jeħtieġux kwarantina ġaladarba jkollhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin huma: Ġibiltà, il-Portugall, ir-Rumanija, il-Libanu, l-Emirati Għarab Magħquda, it-Turkija, il-Ġordan, il-Liechtenstein, l-Iżvezja, il-Belarus, il-Beliże, il-Bożnija Ħerżegovina, il-Butan, Figi, il-Ġamajka, il-Ġeorġja, il-Gżejjer Faroe, il-Kosovo, il-Każakistan, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Montenegro, il-Moldova, il-Vjetnam, l-Eġittu, l-Iran, il-Libja, il-Panama, il-Qatar, Kuba, is-Serbja, l-Albanija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, l-Arabja Sawdija, ir-Renju Unit, l-Ukrajna.

Dwar persuni li jgħixu f’Malta u li qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-avviż kienu diġà mistennija jirritornaw Malta minn kwalunkwe pajjiżi msemmi m’għandhomx jagħmlu kwarantina anke jekk m’għandhomx ċertifikat tal-vaċċin. Madanakollu, irid ikollhom riżultat negattiv tal-COVID-19 li jkun sar mhux aktar minn 72 siegħa qabel ma waslu Malta.

Persuni li jgħixu Malta u jinsabu f’pajjiżi mhux elenkati hawn fuq jistgħu jiġu lura kemm-il darba li jkollhom ċertifikat tat-tilqim. Kull persuna taħt il-ħames snin ma għandhiex għala tagħmel kwarantina malli tasal Malta anke jekk ma jkollhiex riżultat negattiv tat-test tal-COVID-19.