Lokali
Persuni li jirċievu l-benefiċċji soċjali f’kontijiet bankarji tal-BOV se jirċievu l-pagamenti bħas-soltu

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qal li l-benefiċjari li nhar is-Sibt 16 ta’ Frar 2019 imisshom jirċievu pagamenti ta’ benefiċċji li normalment jidħlu f’kontijiet bankarji tal-Bank of Valletta, dawn il-pagamenti se jsiru normali bħas-soltu.

Fi stqarrija li dawn il-benefiċjarji għalhekk se jsibu dawn il-pagamenti fil-kontijiet rispettivi tagħhom fl-istess bank bħalma jiġri dejjem.

Ara wkoll:

Għadd ta’ servizzi tal-BOV lura għan-normal

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar