Saħħa
AĠĠORNAT: In-nies f’Malta m’għandhomx għalfejn jaħżnu l-ikel jew jilbsu l-maskri

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, ikkonfermat li s’issa m’hemm l-ebda każ f’Malta, u sostniet li m’hemmx lok biex in-nies jaħżnu l-ikel.

Waqt konferenza stampa fl-isptar San Luqa, Prof Gauci qalet li llum kien hemm każ ta’ waħda li ġiet mill-Italja u oħra mi-Ċina, li ġew iċċekkjati u rriżultaw negattivi.

Qalet li l-awtoritajiet qed jiffukaw biex il-virus jaqbduh kmieni ħafna. Spjegat kif fl-ajruport twaqqfet klinika għan-nies ġejjin miċ-Ċina, waqt li mill-bieraħ issaħħet is-sorveljanza mill-punti ta’ dħul, fosthom thermal screening fl-ajruport. Minn għada dan se jiġi estiż għall-katamaran u min ġej bil-cruises.

Żiedet li l-awtoritajiet tas-saħħa wessgħu t-termini li bihom jiddeskrivu l-virus u u anke l-pajjiżi li wieħed irid joqgħod attent minnhom, u qed tiġi mħeġġa l-prattika tal-kwarantina volontarja għal min seta’ ġie f’kuntatt mal-virus.

Mistoqsija jekk in-nies għandhomx jaħżnu l-ikel, fid-dawl tal-fatt li qed ikun irrapportat li ħafna nies qed imorru jixtru bil-grossa, Prof Gauci qalet li l-persuni għandhom jixtru biss l-ikel li għandhom bżonn bħalissa, u sostniet li m’hemmx lok għal ħażna.

Dr Chris Barbara serraħ moħħ il-pubbliku li għal min huwa b’saħħtu u għandu sistema tal-immunità taħdem, ma jkunx hemm periklu, u li r-rata ta’ mewt hija ta’ 2%.  Qal li ma tantx hemm affarijiet li l-pubbliku jista’ jagħmel ħlief li jipprevjeni li dan il-virus jidħol f’imnifsejn.

Spjega li jekk jinqala’ każ hemm sentinella mid-dipartiment tas-sorveljanza tal-mard, jittieħed kampjun, jasal fil-laboratorju, isir screening test, u jekk ikun hemm reazzjoni jsiru żewġ testijiet konfermatorji oħra.

Dr Michael Borg qal li l-ikbar riskju hu li dan jiġi impurtat, u għalhekk qed issir l-enfasi fuq l-ajrport. Qal li l-nfluwenza staġjonali toqtol mijiet ta’ nies, inkluż f’Malta, anki dis-sena. Qal li għalhekk dejjem jenfasizzaw il-ħasil tal-idejn, u mhux il-maskri. Spjega li l-użu tal-maskri huwa għal postijiet bħal sptar fejn għandek tobba u nurses bilfors viċin tal-pazjenti.

“Aħna ippreparati daqs, jekk mhux aħjar, minn sptarijiet oħrajn f’pajjiżi oħra,” sostna Dr Borg. Qal li qed jagħmlu taħriġ intensiv fil-wards relattivi, fosthom fil-casualty, infectious disaeases, ċentri tas-saħħa, ITU, u pedjatrija. Huwa ċaħad dak li qalet l-MUMN, u sostna li s’issa ġew imħarrġa 350 persuna.

Il-President tal-Assoċjazzjoni tat-Tobba, Dr Martin Balzan, qal li l-fatt li Malta għandha titjira minn Bergamo kuljum, joħloq riskju sinifikanti u sostna li passiġġieri li jiġu fuq din it-titjira għandhom joqgħodu kwarantina, li sostna la tistax tkun volontarja iżda għandha tkun infurzata.

Mistoqsija dwar dan kollu, il-Professur Gauci qalet li l-passiġġieri li kienu ġew mill-cruiseliner Westerdam kellhom kwantina infurzata. Qalet ukoll li ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, m’għamel l-ebda projbizzjoni fuq l-ivjaġġar.

Ara wkoll:

S’issa l-ebda każ ta’ Coronavirus f’Malta

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Ingliż ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi magħrufa bħala Manoel Island,…

COVID-19

Il-linja tal-ajru Ryanair qalet fi stqarrija li hekk kif il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqqfu t-titjiriet minn u lejn pajjiżhom, dan wassal biex iktar minn 90% tal-ajruplani tagħha mhumiex jintużaw. Qalet…

COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

COVID-19

HSBC Bank Malta nieda serje ta’ miżuri addizzjonali biex dejjem aktar jappoġġja lin-negozji milquta b’mod negattiv mit-tixrid tal-Covid-19.  Dawn il-miżuri ġodda tfasslu speċifikament għal dawk il-klijenti li qegħdin jiffaċċjaw tfixkil…

Aktar