COVID-19
Persuni ma jistgħux iżuru lil xulxin f’xi nħawi fir-Renju Unit

Mil-lum f’ċertu żoni fit-tramuntana tal-Ingilterra persuni li ma jgħixux fl-istess dar, anki jekk huma familji, mhux se jkunu permessi li jżuru lil xulxin. Dan wara żieda fil-każijiet irrappurtati fl-aħħar jiem.

Is-Segretarju tas-Saħħa Matt Hancock qal li dawn il-miżuri ristrettivi lokali japplikaw għal partijiet ta’ Greater Manchester, partijiet ta’ East Lancashire u West Yorkshire.

F’dawn il-postijiet, persuni li ma jgħixux fl-istess dar ma jistgħux lanqas imorru flimkien ġo pub jew restorant, filwaqt li f’Leicester u fi Blackburn, gyms, pixxini u leisure centres mhux permessi jiftħu.

Il-Partit Laburista minn naħa l-oħra kritika l-Gvern ta’ Boris Johnson għal nuqqas ta’ kjarezza f’miżuri li tħabbru fit-tard tal-bieraħ.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tliet persuni fosthom ix-xufier mietu u numru ta’ persuni ndarbu serjament wara li ferrovija ħarġet barra mil-linji f’Aberdeenshire fl-Iskozja. S’issa l-għadd ta’ fatalitajiet għadhom mhumiex konfermati. Hu rrappurtat li l-ferrovija…

Lokali

Il-Gvern alloka aktar minn żewġ miljun ewro għal skema maħsuba biex tgħin lill-industrija marittima tirpilja mill-effetti ekonomiċi li ġarrbet waqt il-pandemija. L-iskema ta’ rifużjoni għall-ħlasijiet tal-port taħseb biex jonqos il-piż…

COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Safar

Minn nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu, Sqallin li jirritornaw minn Malta, jridu joqgħodu ġimagħtejn fi kwarantina u jridu jagħmlu swab test mandatorju. Sqallija imponiet dawn ir-restrizzjonjiet fuq residenti tagħha li…

Aktar