Lokali
Persuni morda fit-tul mhux se jibqgħu jippreżentaw ċertifikat mediku kull ġimgħa

DOI: Żewg miżuri li jnaqqsu l-burokrazija u se jiffrankaw sigħat ta’ xogħol għall-uffiċjali tad-dipartiment tas-servizzi soċjali u fl-istess waqt li jissimplifikaw il-ħajja tal-persuni li minħabba l-kundizzjonijiet tagħhom jirċievu l-benefiċji soċjali. Il-miżuri li tħabbru lill-Ministeru tal-Familja Michael Falzon jaffettwa ċ-ċertifikati mediċi għal mard fit-tul kif ukoll lil persuni li għandhom il-karta r-roża.

Il-Ministru tal-Familja Michael Falzon ħabbar li persuni b’mard fit-tul mhux ser ikollhom aktar bżonn jippreżentaw ċertifkat mediku darba kull ġimgħa biex jingħataw il-Benefiċċju tal-Mard jew krediti ta’ kontribuzzjoni.

Fi preżentazzjoni waqt konferenza tal-aħbarjiet, id-Direttur għas-Simplifikazzjoni tal-Burokrazija fil-Ministeru tal-Familja, Anthony Cesare qal li dan ser ikun possibbli għax il-bord mediku diġà jkun qed jiċċertifika l-persuni bħala nkapaċi għax-xogħol.

Anthony Cesare qal li “qed nibagħtu ittra lil persuna fejn navżawh li m’għandux għalfejn jippreżenta iktar iċ-ċertifikati mediċi. B’hekk ikun qed jiffranka l-ispejjeż taċ-ċertifikati mediċi. Naturalment il-benefiċċju ser jibqa’ jitħallas regolament darba fil-ġimgħa mingħajr interuzzjonijiet.”

Is-Sur Cesare qal li huwa stmat li b’din il-miżura fl-ewwel sena se jkunu frankati mal-10,000 ċertifikat mediku ta’ kontinwazzjoni, li huma nofs iċ-ċertifikati li jirċievi d-dipartiment kull sena.

F’miżura oħra ta’ simplifikazzjoni tal-burokrazija, il-Karta r-Roża tal-persuni li jirċievu l-benefiċċji mhux kontrubutorji ser tiġġeded awtomatikament.

“Is-sena li għaddiet kien hemm bejn wieħed u ieħor sitt elef kap ta’ familja li għamlu 13,000 viżita fl-uffiċini distrettwali biex iġeddu l-karta r-roża; naturalment dan spiċċa kollox għax min-naħa tagħhom jirċievu l-karta r-roża bil-posta” qal Cesare.

Il-Minstru Michael Falzon spjega li b’dawn il-miżuri qed jitneħħa piż kbir minn fuq il-persuni li diġa’ għaddejjin minn żmien diffiċli. Dr Falzon qal li fl-istess waqt id-Dipartiment ser jiffranka sigħat twal ta’ xogħol ta’ verifiki u iffullar fl-uffiċini distrettwali u minflok l-enerġija tal-uffiċjali tad-dipartiment ser tkun iffukata fuq servizzi oħra.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-qorti ordnat kumpens ta’ €463,465 għal tfajla li spiċċat fuq siġġu tar-roti wara inċident fil-Qawra. It-tfajla; Vladyslava Kravchenko, disa’ snin ilu kienet f’party ħdejn Fra Ben, meta l-apparat tad-dawl waqa’…

Lokali

Mara ta’ 68 sena sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret f’San Ġwann. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15 fi Triq Birkirkara. Il-Pulizija marru fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’…

Lokali

Bil-festini tal-Milied jinsabu fl-aqwa tagħhom, għadd ta’ entitajiet ngħaqdu flimkien f’kampanja preventiva biex min se jixrob ma jsuqx għax fi kliemhom il-ħajja mhijiex logħba. Il-ħajja mhix logħba . . ….

Lokali

L-MUT u l-MCAST se jkomplu jitkellmu sabiex tinstab soluzzjoni Il-Union tal-Għalliema, l-MUT, issospendiet id-direttiva biex nhar il-Ġimgħa jsir strajk ta’ ġurnata mill-għalliema fl-MCAST minħabba nuqqas ta’ qbil dwar il-ftehim kollettiv…

Aktar