Familja
Persuni separati daħlu f’relazzjoni oħra aktar mill-persuni divorzjati

Il-Ministeru tal-Familja permezz tal-Kumitat għat-Tisħiħ tal-Familja għaddej bi studju dwar il-forom differenti tal-familja u kif qed jiżviluppaw ir-relazzjonijiet min-namur saż-żwieġ u anke wara biex ikunu mistħarrġa x-xejriet fis-soċjetà tal-lum. Waqt seminar mill-kumitat għat-tisħiħ tal-familja, intqal li dawn l-istudju huma meħtieġa beix jitfasslu policies li jsaħħu l-familji.

Il-Kumitat għat-Tisħiħ tal-Familja fi ħdan il-Ministeru tal-Familja għaddej bi studju dwar ix-xejriet tar-relazzjonijiet min-namur saż-żwieġ. Studju li sar tliet snin ilu mill-Professur Angela Abela fuq kampjun ta’ 2,400 persuna sab li ftit aktar minn terz ħamsa tal-persuni mhux miżżewġa xorta ilhom f’relazzjoni iktar minn ħames snin. L-istudju sab li l-persuni separati daħlu f’relazzjoni oħra aktar mill-persuni divorzjati.

Iċ-Chairman tal-Kumitat għat-Tisħiħ tal-Familja Lauren Kenely qalet li qed isiru tlett stadji, biex il-pajjiż jkun jista’ jieħu l-azzjonijiet skont ix-xejriet li qed jizviluppa fis-socjeta.

“Għax nafu li s-soċjetà qed tinbidel, il-familji qed jinbidlu u anki t-tipi ta’ relazzjonijiet u x’qed nesperjenzaw fir-relazzjonijiet”.

Il-Kumitat se jistudja wkoll il-familji tat-tfal u l-anzjani fil-familja, bl-għan li s-servizzi pprovduti jindirizzaw l-isfidi ġodda. Joe Gerada li huwa wkoll parti mill-Kumitat qal li t-triq ‘il quddiem hija l-edukazzjoni.

“Enfasi fuq l-edukazzjoni, preparazzjoni għall-ġenituri li jrabbu ż-żgħar imma n-namur mhix ristretta għaż-żgħażagħ imma etajiet ikbar involuti fin-namur ukoll”.

Il-Ministru għall-Familja Michael Falzon qal li l-Gvern jemmen fit-tisħiħ tal-familja u l-bżonn li l-familji jqattgħu iktar ħin flimkien. Dr Falzon qal li l-Gvern qed jaħdem biex jgħin l-aktar familji vulnerabbli għaliex familja b’saħħitha tfisser soċjetà b’saħħitha.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Infrastructure Malta appik li tibda operazzjoni delikata, biex taqla’ sħiħ mill-blat qabar tal-perjodu Puniku-Ruman, u tpoġġih fil-ġenb ta’ triq ġdida li qed tibni f’Ħ’Attard. B’hekk din is-sejba ta’ valur arkeoloġiku,…

Immigrazzjoni

TVM jinsab infurmat li matul il-lejl li għadda, grupp ta’ madwar 90 immigrant li ġew salvati fil-Mediterran fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta ttieħdu fuq vapur tal-Captain Morgan li…

COVID-19

Il-pandemija u r-reħi tar-restrizzjonijiet ġabu magħhom l-użu tal-maskra. Filwaqt li ħafna qed jużawha kif obbligati jagħmlu f’ħafna postijiet pubbliċi, osservajna li bosta qed jilbsu biex taparsi libsuha. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni…

Aktar