Lokali
Persuni ta’ 62+ li applikaw biex jinvestu fil-Bond tal-Gvern speċjali se jingħataw l-ammonti li applikaw għalihom

Il-persuni kollha li għandhom 62 sena jew aktar li applikaw biex jinvestu fil-Bond tal-Gvern speċjali għalihom b’rata ta’ mgħax iktar vantaġġjuża mistenni jingħataw l-ammonti li applikaw għalihom li ma setgħux ikunu ta’ aktar minn €8,000.

Dan wara li t-teżor ħabbar li l-valur totali tal-applikazzjonijiet kien ta’ ftit aktar minn €93 miljun. L-ammont tal-ħruġ kien ta’ €65 miljun iżda t-teżor qal li ser jeżerċita d-dritt li jżid l-ammont b’€35 miljun biex ikunu jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet kollha tal-investituri.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 32 sena kien ikkundannat sentenza sospiża wara li nstab ħati li kien qed jisraq id-dawl minn substation tal-kumpanija GO f’Wied Rini, il-Baħrija. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat, Edward Dominic…

Kurżitajiet

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum jagħlaq 45 sena.  Jidher li għal Dr Muscat kienet ġurnata normali ta’ xogħol, iżda li matulha xorta ċċelebra għeluq sninu. Ritratt li ttella’ mid-Deputat Prim…

Mużika

Ersaq fil-Qrib hija s-single il-ġdida tal-grupp Malti stabbilit The Travellers, b’filmat mużikali li juri familja tipprova tgħix minn jum għall-ieħor filwaqt li madwarha għaddej kunflitt. B’lirika tipikament bil-Malti, din id-diska…

Aktar