Lokali
FILMAT: Persuni ta’ ‘l fuq minn 60 sena se jibdew jitlaqqmu kontra l-Covid-19

It-tilqima ta’ AstraZeneca issa se tibda tingħata lill-persuni sal-etá ta’ 70 sena.  Dan qalitu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci fil-bulettin mediku ta’ kull ġimgħa. Il-Professur Gauci qalet li din id-deċiżjoni ttieħdet abbażi ta’ riċerka li saret u provi kliniċi li wrew li t-tilqima Anglo-Żvediża li kienet ristretta għall-persuni taħt il-55 sena hija effetiva u sigura wkoll fost l-anzjani.

“Allura iżjed nistgħu niftħu t-tilqim tagħna u allura se nibdew nlaqqmu lil dawk in-nies ta’ ‘l fuq minn sittin sena. Jekk intom t’etajiet ‘l fuq minn sittin sena. Dan huwa grupp kbir ħafna u allura se jibdew jintbagħtu f’batches. Nappella biex ma toqogħdux iċemplu għaliex se tirċievu l-appuntament biex titlaqqmu.

Il-Professur Gauci qalet li b’kollox sal-bieraħ ingħataw 89,946 tilqima, li 31,034 minnhom ħadu t-tieni doża. Spjegat kif il-pjan hu li l-anzjani ta’ bejn is-60 u s-70 sena se jieħdu t-tilqima tal-AstraZeneca, filwaqt li dawk minn 70 sena ‘l fuq se jkomplu jieħdu t-tilqim tal-Pfizer u l-Moderna.

F’ħarsa lejn il-każijiet attivi l-Professur Gauci qalet li r-residenzi u l-attivitajiet soċjali kienu l-akbar kaġun tat-tixrid. Fil-fatt bejniethom dawn ammontaw għal kważi 3,000 każ. Spjegat kif id-deċiżjoni li ttieħdet li r-restoranti, snack bars u kiosks iservu biss ikel take-away kienet ibbażata fuq analiżi li saret mill-awtoritajiet tas-saħħa.

“And eating out is one of them. That is why we have targeted restricting places where people are eating out. Because while eating out you cannot wear a mask so there when we are seeing situation with a positive person it’s going to impact a lot of people”.

Il-Professur Gauci appellat biex kulħadd iżomm mal-bubble tiegħu u jevita l-ġemgħat fi djar residenzjali li b’avviż legali issa huma limitati biss sa erba’ perusni minn residenza differenti.

Il-Professur Gauci qalet li bħalma qed juru x-xejriet barra minn Malta, iż-żieda fil-każijiet f’Malta hi kaġun tal-varjanti l-ġodda fosthom tar-Renju Unit li f’Malta ġew ikkonfermati 61 każ. Is-Supretedent tas-Saħħa Pubblika qalet li tistma li dawn il-każijiet huma ferm ogħla u fil-fatt għaddej studju biex jikkonferma kemm mill-każijiet attivi huma riżultat tal-varjant. Jirriżulta wkoll li bħalissa hawn b’7,486 persuna fi kwarantina.

F’rendikont tas-sitwazzjoni fl-isptarijiet, il-Professur Gauci qalet li b’kollox hemm 150 persuna rikoverati bil-Covid, fosthom 23 fit-Taqsima tal-Kura Intensiva ta’ Mater Dei u 19 fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.  Waqt li l-viżti fl-isptarijiet huma pprojibiti, il-Professur Gauci ċċarat li nisa tqal jistgħu jkunu akkumpanjati mis-sieħeb jew sieħba tagħhom waqt il-ħlas.