COVID-19
Persuni vulnerabbli għandhom dritt ma joħorġux għax-xogħol

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika il-Professur Charmaine Gauci qalet li persuni anzjani u dawk vulnerabbli minħabba kundizzjonijiet kroniċi dwar saħħithom għandhom id-dritt li jibqgħu d-dar biex jipproteġu lilhom infushom.

Meta kienet qed twieġeb  il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti fosthom dwar jekk dawn il-persuni għandhomx jirritornaw għax-xogħol issa li ġew illaxkati aktar miżuri, il-Professur Gauci qalet li parti mill-istrateġija tal-awtoritajiet tas-saħħa Maltin dejjem kienet li jipproteġu lill-anzjani u lil persuni vulnerabbli.

Qalet li fil-bidu tal-imxija, l-awtoritajiet identifikaw lil dawn il-persuni u bagħtulhom ittra biex jinfurmawhom biex jevitaw kuntatt ma’ nies oħra u joħroġu biss għal bżonnijiet essenzjali. Qalet li ħarġet ukoll liġi sabiex tipproteġihom.

Waqt il-bulettin mediku tal-lum, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li l-virus għadu fil-komunità u l-pajjiż ma jistax imur għan-normalità kif kien jafha qabel bdiet il-pandemija.

Tenniet li l-miżuri li ġew illaxkati, saru wara assessjar bir-reqqa tar-riskji li jistgħu jitnaqqsu b’miżuri ta’ mitigazzjoni. Qalet li l-ewwel sett ta’ miżuri li ġew illaxkati fil-bidu ta’ Mejju kienu miżuri ta’ riskju baxx filwaqt li dawk li daħħlu fis-seħħ mil-lum huma ta’ riskju medju.

Il-Professur Gauci saħqet li l-awtoritajiet riedu jassiguraw li l-mezzi ta’ mitigazzjoni jkunu b’saħħithom biżżejjed sabiex inaqqsu r-riskju. Saħqet dwar ir-responsabilità minn kulħadd, mill-pubbliku biex jimxi mal-miżuri u mill-awtoritajiet biex jibqgħu jagħmlu monitoraġġ tas-sitwazzjoni.

Fakkret li l-awtoritajiet żiedu l-kapaċità tat-testing biex iresquh aktar qrib il-poplu biex ikun aktar faċli li wieħed jagħmel test. Qalet li żdiedet il-kapaċità fit-testijiet fil-laboratorju, fil-helpline u fiċ-ċentri tat-testijiet fejn illum hemm erbgħa b’kollox – wieħed f’Pembroke, ieħor, f’Ħal Farruġ, ieħor f’Mater Dei u ieħor f’Għawdex.

Qalet ukoll li daħħlet is-symptom checker u li l-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin jaraw min huma l-ħaddiema essenzjali, qegħdin ukoll javviċinaw postijiet tax-xogħol bħal fabbriku biex jagħmlu t-testijiet fuq il-ħaddiema tagħhom u qed jagħmlu wkoll testijiet fuq persuni li kellhom kuntatt ma’ xi ħadd li huwa pożittiv.

Aħbarijiet Oħra
Safar

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta qalet li qed tipprepara għall-mod ġdid ta’ vjaġġar u avżat li mill-1 ta’ Ġunju 2020 il-passiġġieri jridu bilfors jilbsu maskra…

Trasport

Ħafna mis-servizzi ta’ trasport bl-ajru u l-baħar waqfu jew naqqsu sew mill-frekwenza. Mhux l-istess jista’ jingħad għat-trasport pubbliku li bħala servizz essenzjali baqa’ għaddej b’mod regolari anke tul il-perjodu tal-pandemija….

COVID-19

Il-pandemija ħarbtet il-pjani ta’ ħafna koppji li kellhom jiżżewġu f’dan il-perjodu ferm imfittex tas-sena u spiċċaw kellhom jipposponu ż-żwieġ tagħhom. Skont ċifri ta’ Identity Malta fl-aħħar xahrejn u nofs aktar…

COVID-19

Baqgħu isiru l-ispezzjonijiet biex ikun assigurat li l-pubbliku qed jobdi l-avviżi legali ntiżi biex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. Fl-aħħar 24 siegħa nstabu seba’ persuni f’ġemgħat t’aktar minn 6 persuni f’postijiet pubbliċi skont…

Aktar