Annimali
Pet Friendly Holiday f’Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret li għat-tielet sena konsekuttiva, is-sezzjoni tal-Animal Welfare fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ser tmexxi l-inizjattiva ta’ Pet Friendly Holiday.

Permezz ta’ din l-inizjattiva dawk kollha li ser jmorru Għawdex bejn it-Tnejn, 12 u s-Sibt 17 t’Awwissu u jkunu akkumpanjati mill-annimali domestiċi tagħhom, ser jingħataw pet ticket maħruġ apposta flimkien ma’ pakkett ta’ informazzjoni utli f’każ ta’ bżonn. Apparti hekk, il-Ministeru għal Għawdex ser jieħu ħsieb jipprovdi ilma addattat għall-annimali domestiċi fit-terminals kemm taċ-Ċirkewwa kif ukoll dak tal-Imġarr.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-Ministeru għal Għawdex qed jinvesti bis-sħiħ biex ikollna servizzi u faċilitajiet li jixirqu lill-annimali. Qalet kif matul din is-sena l-Ministeru għal Għawdex investa f’ambulanza ġdida, f’running area fix-Xewkija, dog park fil-park tal-familja magħruf bħala Ta’ Sopu fin-Nadur kif ukoll kampanja ta’ neutering għall-qtates u dalwaqt għall-klieb, l-inizjattiva tal-adozzjoni tal-annimnali u bil-pakkett relattiv kif ukoll u tagħrif dwar it-trobbija tal-annimali domestiċi.

Heidi Grech mill-Animal Welfare tal-Ministeru għal Għawdex qalet li fis-sajf hemm tendenza li aktar annimali jiġu abbandunati u kien għalhekk li s-sezzjoni ħasbet biex torganizza kampanja ta’ għarfien kontra l-abbandun u l-moħqrija tal-annimali flimkien ma’ kampanja ta’ informazjzoni dwar is-servizzi offruti f’Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Mat-twaqqif tad-Dar tal-Kleru – residenza għal saċerdoti anzjani jew morda – twaqqfet ukoll il-komunità tas-Sorijiet imsejħa”Qaddejja taċ-Ċenaklu” li ilhom ħamsa u ħamsin sena jiddedikaw ħajjithom għas-saċerdoti f’din id-dar. TVM żar…

Lokali

Tibda l-ġimgħa li twassal biex jitla’ s-siparju fuq waħda mill-eqdem ċelebrazzjonijiet f’Malta . . . il-Karnival. Il-karru ewlieni, li juri r-Re tal-Karnival, ser ikun sar mill-istess idejn li ħadmu fuq…

Lokali

“Sunrise” – a socio contemporary comedy and monologue has opened. Humorous at times, this production is being staged at a theatre in Valletta. Described by The Guardian UK as an…

Lokali

Għoxrin sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Kreattività qed jiġu ċċelebrati b’diversi proġetti fl-Ispazju Kreattiv il-Belt kif ukoll bi pjani biex ikompli jissaħħaħ il-qasam tal-kreattività. Matul din is-sena qed jitfakkar l-20 sena mit-twaqqif…

Aktar