Barranin
Pete Buttigieg fost dawk nominati biex jiffurmaw il-kabinett ta’ Biden

Fl-ewwel jum uffiċjali ta’ ħidma wara li ħa l-ġurament tal-ħatra, il-President tal-Istati Uniti Joe Biden iffirma għaxar ordnijiet eżekuttivi biex irażżan l-imxija tal-Covid, b’bidla drastika fil-mod kif se tkun ittrattata l-pandemija.

Fi żvilupp ieħor, beda wkoll il-proċess ta’ smiegħ minn kumitati speċjalizzati fis-senat biex isir skrutinju ta’ dawk li ġew nominati biex jiffurmaw il-kabinett ta’ Biden, fosthom l-Amerikan ta’ nisel Malti, Pete Buttigieg li huwa nnominat għall-Ministru tat-Trasport.

Il-president ġdid tal-Istati Uniti Joe Biden beda l-ewwel jum uffiċjali tal-mandat tiegħu bl-iffirmar ta’ numru ta’ ordnijiet eżekuttivi. Ewlenin fosthom 10 ordinijiet eżekuttivi biex tiġi ndirizzata l-Covid, li fniet lill-pajjiż fl-aħħar xhur.

Fost it-tibdil li se jwettaq Biden l-għoti tat-tilqima tal-Covid se jsir b’sistema iktar mgħaġġla, filwaqt li se jiżdied ukoll l-ittestjar, u se tiddaħħal wkoll liġi biex tinforza l-ilbies tal-maskri u tiżdied il-produzzjoni ta’ affarijiet essenzjali bħalma huma l-maskri.

Intant, Pete Buttigieg l-ex sindku ta’ South Bend Indiana ta’ nisel Malti li kien wkoll il-kandidat demokratiku fil-primaries illum deher quddiem kumitat tas-senat għas-smiegħ dwar in-nomina tiegħu għall-ministru tat-trasport.

Buttigieg mistenni jkollu rwol ċentrali fl-istrateġija tal-president Joe Biden għall-bini ta’ sistema insfrastrutturali kompletament ġdida bil-pjan mistenni jgawdi l-fiduċja taż-żewġ partiti.

Huwa elabora dwar il-pjan ta’ trasportazzjoni waqt is-smiegħ.

”This is an opportunity to clearly do the building part in build back better, of course there are still a lot of conversations that have yet to happen not only within the administration but also with the members of this committee and the congress and how they shape at a time, and fund that opportunity, but it is also a part and parcel of what needs to happen to make the economic recovery that this administration needs to support and drive in the wake of Covid.”

Waqt il-kampanja elettorali, Biden ippropona n-nefqa ta’ 1.3 trilljun dollaru għal għaxar snin biex jinbnew skejjel, toroq, u pontijiet. Il-pjan ikopri wkoll l-espansjoni tas-sistema tal-broadband u ekonomija iżjed nadifa.