Barranin
Pete Buttigieg fuq il-faċċata tar-rivista TIME

Il-Malti-Amerikan Pete Buttigieg, li huwa kandidat għall-elezzjonijiet Presidenzjali fl-Istati Uniti, sab ruħu fuq il-faċċata tar-rivista awtorevoli TIME.

Fir-ritratt tat-TIME Buttigieg jidher mar-raġel tiegħu Chasten, hekk kif huwa l-ewwel kandidat Presidenzjali li ddikjara li huwa omosesswali.

Il-popolarità ta’ Buttigieg splodiet ‘il fuq fl-aħħar ġimgħat, hekk kif qed ikun meqjus bħala t-tielet l-iktar kandidat Demokratiku popolari wara Joe Biden u Bernie Sanders, li huma anzjani.

Buttigieg qed jikkontesta f’elezzjoni li se jkollha ammont kbir ta’ votanti żgħażagħ, u kull ma jmur qed jingħata dejjem iktar prominenza minn sezzjonijiet tal-midja Amerikana ewlenija.

Pete Buttigieg: The Need for Anti-Racist Policies

“Racial inequities didn’t just happen. They’re not an accident. They’re, in many cases, the consequence of racist policies.”Pete Buttigieg outlines the need for anti-racist policies at a local and national level. Full interview: https://on.cc.com/2GTmxLH

Gepostet von The Daily Show am Dienstag, 30. April 2019

Din il-ġimgħa Buttigieg kien intervistat fuq il-programm popolari The Daily Show, fejn spjega l-viżjoni tiegħu fuq għadd ta’ temi, fosthom ir-razziżmu.

Huwa kompla jżid l-impressjoni li kien qed jagħti ta’ politika miftuħa u viċin in-nies, meta aċċetta li jibqa’ għal sessjoni oħra tal-programm u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-udjenza.

Ara wkoll:

Pete Buttigieg iniedi l-kampanja tiegħu fit-tellieqa tad-Demokratiċi

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prinċep William flimkien ma’ martu u t-tfal ivvjaġġaw b’titjira low-cost wara l-kritika qawwija li rċieva ħuħ u martu meta marru fuq btala b’ajruplani privati u lussużi. Id-Duka u d-Dukessa ta’…

Barranin

Il-biljunarju David Kosh tilef il-ġlieda kontra l-kanċer wara li miet fl-età ta’ 79 sena. Koch, li kien meqjus bħala wieħed mill-aktar persuni sinjuri fid-dinja, kien jiffinanzja l-partit Repubblikan u kien…

Kurżitajiet

Dan ir-ritratt qajjem bosta reazzjonijiet mad-dinja kollha hekk kif qabad fil-mument lill-Prim Ministru Ingliż b’saqajh fuq mejda fil-Palazz Élysée. Dan ġara lbieraħ fir-residenza uffiċjali tal-President Franċiż fejn Johnson iltaqa’ ma’…

Barranin

Il-kumpanija tal-ġugarelli Hasbro xtrat il-karattri u l-istorja ta’ Peppa Pig m’għand Entertainment One għal madwar $4 biljuni. Hasbro qalet li bis-saħħa ta’ dan l-akkwist., il-karattru ta’ Peppa Pig se jkompli…

Aktar