Lokali
Pete Buttigieg għandu ċans tajjeb li jiġi elett

Is-sindku Malti-Amerikan, Pete Buttigieg se jikkontesta l-elezzjoni presidenzjali li jmiss fl-Istati Uniti.

Buttigieg, li bħal issa huwa s-sindku ta’ South Bend, ir-raba’ l-akbar belt f’Indiana, se joħroġ mal-partit Demokratiku u jidher li għandu ċans.

Dan intqal f’artiklu tas-CNN li jgħid li, is-sentiment u r-rabja li trawmu b’Donald Trump fit-tmun tat-tmexxija tal-pajjiż, jaf irebbaħ lil Buttigieg għadd ta’ voti hekk kif jirrappreżenta l-politika kif kienet qabel ma ġie elett.

Julian Zelizer, ġurnalist tas-CNN, iddeskriva lil Buttigieg bħala intelliġenti u sensibbli u li kapaċi jieħu deċiżjonijiet bil-ħsieb u bil-galbu.

Minkejja l-ftit esperjenza li għandu fix-xena politika, Zelizer jirrapporta li Buttigieg s’issa wera li jaf jevalwa s-sitwazzjonijiet u r-realtajiet ta’ madwaru u jsolvihom b’mod diplomatiku.

Pete Buttigieg mistenni jniedi l-kampanja elettorali tiegħu llum.

Ara wkoll:

Sindku Malti-Amerikan qed jitħajjar ikun kandidat għall-kariga ta’ President Amerikan

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-familji residenti fil-bini li ġġarraf il-lejl li għadda fi Gwardamanġa u l-ġirien tagħhom jinsabu ttrawmattizzati, li minħabba dak li ġara spiċċaw b’ta’ fuqhom senduqhom. Huma esprimew rabja kbira għaliex qalu…

Trasport

Fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew xogħlijiet fil-venda tal-karozzi tal-linja fil-foss ta’ San Ġakbu għal titjib fil-faċilitajiet għal passiġġieri. Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li dan l-proġett ser jiswa €400,000 u…

Lokali

Il-membri ġodda li ġew eletti fil-kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ kellhom laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja. Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb, qal li l-Kamra tal-Kummerċ se tkompli taħdem fl-interess tan-negozju….

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa ironiku li Dr Simon Busuttil u Dr Jason Azzopardi ffirmaw rikors biex il-Qorti twaqqaf il-ħatriet tat-tliet Imħallfin u tliet Maġistrati. Illum, fil-Palazz tal-President,…

Aktar